- This event has passed.
National Theatre Encore: The Lehman Trilogy
8 Awissu 2019 - 25 Awissu 2019
Dati u Ħinijiet:
Il-Ħamis, 8 t’ Awwissu, 2019, 7pm
Il-Ħadd, 25 t’ Awwissu, 6pm
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezzjiet:
Adulti: €12
Konċessjonijietgħall-istudenti u l-anzjani: €10
Tfal taħt 12-il sena: €5
The Lehman Trilogy
Ta’ Stefano Massini, adattat minn Ben Power
direzzjoni ta’ Sam Mendes
L-istorja ta’ familja u ta’ kumpanija li biddlu d-dinja, irrakkontata fi tliet partijiet fuq lejl wieħed.
Ir-rebbieħ tal-Oscars Sam Mendes (Skyfall, The Ferryman) jidderieġi lil Simon Russell Beale, Adam Godley u Ben Miles li jinterpretaw il-parti tal-Aħwa Lehman, it-tfal tagħhom u t-tfal tat-tfal tagħhom.
Matul filgħodu kiesaħ f’Settembru tal-1844, żgħażugħ mill-Bavaria jsib ruħu f’moll fi New York, joħlom fuq ħajja ġdida f’dinja ġdida. Jingħaqdu miegħu iż-żewġ ħutu subien u b’hekk tibda storja epika Amerikana. 163 sena wara, il-kumpanija li jistabbilixxu – Lehman Brothers – b’sorpriża tfalli, u b’riżultat tibda waħda mill-akbar kriżijiet finanzjarji tal-istorja.
Dan id-dramm ferm imfaħħar u nominat ħames darbiet għall-Olivier Award jinkludi disinji tas-sett spettakolari minn Es Devlin (NT Live: Hamlet) u se jixxandar live mill-West End ta’ Londra bħala parti mill-10 staġun tan-National Theatre Live.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)