- This event has passed.
National Theatre Encore: All My Sons
B’xandira diretta minn The Old Vic ġewwa Londra, ir-rebbieħa tal-Academy Award Sally Field (Steel Magnolias,Brothers & Sisters) u Bill Pullman (The Sinner, Independence Day) huma l-protagonisti fid-dramm tant emozzjonanti ta’ Arthur Miller, All My Sons.
L-Amerka tal-1947. Minkejja l-għażliet diffiċli u l-ħafna disfatti li taf iġġib magħha l-ħajja, Joe u Kate Keller huma storja ta’ suċċess. Huma bnew dar, rabbew żewġ subien u rnexxielhom jistabbilixxu wkoll negozju li kulma jmur dejjem sejjer tajjeb.
Iżda xejn mhu għal dejjem, u ħajjiethom feliċi, diġà maħkuma mid-dlam minħabba t-telfa tat-tifel il-kbir tagħhom fil-gwerra, issa waslu sabiex jitfarrku. Mar-ritorn ta’ figura mill-passat, veritajiet li ilhom mistura s-snin issa huma mġegħlin jinkixfu bħalma jkollu jinkixef il-prezz tal-ħolma Amerikana.
Jeremy Herrin (NT Live: This House, People, Places & Things) jidderieġi cast li jinkludi lil Jenna Coleman (Victoria) u lil Colin Morgan (Merlin).
All My Sons hija koproduzzjoni ta’ Old Vic ma’ Headlong.
Offerta:
3 biljetti: €30
3 biljetti (Konċessjonijiet): €25
Data u Ħin: Il-Ħamis, 22 ta’ Ottubru 2020, 7.30pm