European Cinema Night film Premiere
Another Round
- This event has passed.
European Cinema Night film Premiere
Another Round
EUROPEAN CINEMA NIGHT huwa organizzat minn Europa Cinemas bi sħubija ma’ Creative Europe-MEDIA u l-European Commission.
Meta nkunu qed nuru film mingħajr ħlas inkunu rridu li l-akbar ammont ta’ nies possibbli jkunu jistgħu jgawduh. Jekk jogħġbok, kun prudenti u tibbukkjax il-biljetti jekk m’intix ċert hux se tattendi.
Data u Ħin
Il-Ħamis, 19 ta’ Novembru, 2020, 7:30pm
Hemm teorija filosofika li l-bnedmin messhom twieldu b’ammont żgħir t’alkoħol fid-demm tagħhom; dik in-naqra sakra modesta li tiftaħ moħħna għad-dinja ta’ madwarna, tnaqqas il-problemi u żżid il-kreattività. Intrigat, Martin (Mads Mikkelsen) u tlieta minn sħabu, kollha għalliema fi skola sekondarja, eżawriti bix-xogħol, jimbarkaw fuq esperiment riskjuż biex iżommu livell kostanti ta’ sokor matul il-ġurnata tax-xogħol. Ir-riżultati inizjali huma pożittivi, iżda wara ftit jidher dejjem aktar ċar li xi atti kuraġġużi għandhom konsegwenzi severi.
Direttur: Thomas Vinterberg
Protagonisti: Mads Mikkelsen, Thomas Bo Larsen, Lars Ranthe u Magnus Millang