Architecture Student EXPO 2021
- This event has passed.
Architecture Student EXPO 2021
Il-Wirja tal-Istudenti tal-Arkitettura hija ċelebrazzjoni ta’ dak kollu li jseħħ fil-Fakultà tal-Ambjent Mibni fi ħdan l-Università ta’ Malta.
Din il-wirja hija opportunità sabiex il-kreattività tal-istudenti titwassal għall-pubbliku permezz ta’ disinji, tpinġijiet, pjanti, fotografija, grafika diġitali u kif ukoll bil-mezz ta’ mudelli tridimensjonali. F’dan l-avveniment, l-interpretazzjoni tal-ispazji u strutturi kif ukoll il-viżjoni tal-istudenti ghall-arkitettura tal-lum u ta’ għada ser tkun murija.
Matul din il-wirja, li ser tkun miftuħa għal erba’ ġimgħat, ser jintwerrew xogħlijiet ta’ kull livell u fergħat tal-fakultà, minn dik ta’ Diploma sal-Masters u d-Dottorat. L-għan ta’ dan l-avveniment m’huwiex biss dak ta’ wirja artistika, iżda wkoll bħala mezz biex jitqajjem għarfien bejn l-istudenti tal-arkitettura u l-komunità lokali.
Se jiġu organizzati numru ta’ avvenimenti mill-istudenti tal-arkitettura li jikkumplimentaw din l-esebizzjoni. Kull min hu interessat ikollu jibbukkja billi jimla l-formoli t’hawn taħt bit-titlu ta’ l-avveniment li jixtieq jattendi:
Tnedija tal-Ktieb – ‘Thoughts of an Architecture Student’ ta’ Mirco Azzopardi
Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2021, 7pm-8:15pm │ Studio B
Afgħas hawn biex tirriserva post
Taħdita – Achieving Excellence in Architecture and Design
It-Tlieta 12 ta’ Ottubru 2021, 7pm-8:30pm │ Studio B
Agħfas hawn biex tirriserva post
Tim Kreattiv
SACES (Society of Architecture and Civil Engineering Students)