MCAST ICA Festival 2022
- This event has passed.
MCAST ICA Festival 2022
7 Lulju 2022 - 31 Lulju 2022
L-MCAST ICA Festival twaqqaf tliet snin ilu bħala kunċett innovattiv għall-esebizzjoni annwali fi ħdan l-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST.
L-għan ewlieni dan il-festival huwa li jissaħħaħ l-għarfien u jinħoloq avveniment li jqanqal u joħloq stennija b’rabta mal-MCAST għas-snin li ġejjin. Dan seħħ għaliex kien hemm lok għal emanċipazzjoni; minn sempliċi esebizzjoni għal avveniment festiv li jiċċelebra l-Arti Kreattiva.
Dan il-festival artistiku ser ikun qed jaħdem favur l-għaqda bejn l-Istitut tal-Arti Kreattiva ġewwa l-MCAST u l-bqija tal-komunità. Għaldaqstant, ser jirriżulta fi ftehim aħjar dwar dak li aħna u dwar dak li nagħmlu. Dan l-avveniment ser jiċċelebra l-kreattività u ser iservi bħala pjattaforma biex juri x-xogħol impenjattiv tal-istudenti f’kollaborazzjoni mal-industrija.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)
Informazzjoni fuq il-Post
Spazju Ċ, Spazju B, Spazju A, Atriju u Teatru