Agħmel kuntatt

Box Office
F’każ ta’ kwistjonijiet urġenti relatati mal-bookings u l-biljetti, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq +356 21 223200 matul il-ħinijiet tal-ftuħ.

Is-sottomissjoni ta’ proposti kreattivi

Jekk għandek idea għal xi proġett u tixtieq tkun parti mill-programm tagħna, jekk jogħġbok attendi  waħda mis-sessjonijiet ta’ informazzjoni li jsiru fuq bażi regolari bħala parti mill-inizjattiva IKKREA. Matul dawn is-sessjonijiet pubbliċi ‒ ilkoll mingħajr ħlas ‒ koordinatur tal-programm jispjega f’iktar dettall il-proċess t’applikazzjoni u l-opportunitajiet li noffru.

Meta tħossok lest sabiex tissottometti l-idea tiegħek, agħti ħarsa lejn il-paġna tagħna tas-Sejħa għall-Proposti.

Sabiex tibbukkja wieħed mis-siti tagħna

Sabiex tibbukkja wieħed mis-siti ġewwa l-Kavallier ta’ San Ġakbu għal avveniment li mhuwiex parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv, agħti ħarsa lejn il-formola ta’ riservazzjoni li tinsab online.

Għal informazzjoni dwar l-ispazji tagħna, jekk jogħġbok ara l-paġna tagħna tas-Siti.

Aħdem magħna

Ara l-paġna tagħna tal-Impjiegi għal opportunitajiet ta’ xogħol li nkunu qegħdin noffru minn żmien għal żmien.

Sabiex tapplika għall-programm tagħna ta’ apprendistat, jekk jogħġbok issottometti l-applikazzjoni tiegħek hawnhekk.

Jekk l-informazzjoni t’hawn fuq ma tilħaqx l-aspettattivi tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana billi tuża l-formola t’hawn taħt.

This form is currently undergoing maintenance. Please try again later.