Art+Feminism at Spazju Kreattiv
- This event has passed.
Art+Feminism at Spazju Kreattiv
Wara ż-żewġ edizzjonijiet preċedenti ta’ Art+Feminism f’Malta, Spazju Kreattiv stieden numru żgħir ta’ artisti nisa, liema xogħol tagħhom jifforma parti mill-Kollezzjoni tal-Arti tal-Fondazzjoni Kreattiva, biex jippreżentaw xogħlijiet ġodda flimkien ma’ xogħlijiet oħra ta’ artisti internazzjonali li pparteċipaw għall-sejħa pubblika. Il-firxa tal-artisti testendi fuq tlett ġenerazzjonijiet, minn talenti stabbiliti għall-oħrajn emerġenti.
Ix-xogħlijiet juru approċċ wiesa’ dwar it-tema tal-esibizzjoni, bl-użu ta’ midja u metodi ta’ preżentazzjoni differenti. L-artisti huma Mirjana Batinić, Debbie Caruana Dingli, Oksana Chepelyk, Therese Debono, Emma Fsadni, Anna Grima, Gloria Oyarzabal u Enriqué Tabone. Kuratur: Toni Sant.
Special Events
Iltaqa’ ma’ l-Artisti II: Il-Ħamis 5 ta’ Marzu fis-6:30pm fl-Atriju
Tour ma’ l-Kuratur: Il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu fit-3pm u l-Ħadd 8 ta’ Marzu fl-10:30am