Loading Events
  • This event has passed.

Art+Feminism 2020

7 Frar 2020 - 14 Mejju 2020
Art+Feminism hija edi-tona (edit-a-thon) biex jiġedded kontenut fuq Wikipedia dwar artisti femminili.  Din l-edizzjoni, li issa daħlet fit-tielet sena tagħha, ser ikollha diversi esibizzjonijiet kurati fi tlett lokalitajiet bi preżentazzjoni ta’ xogħlijiet ġodda minn artisti ġodda kif ukoll minn dawk emerġenti.  L-inizjattiva hija possibbli grazzi għall-kollaborazzjoni kontinwa bejn Wikimedia Community Malta, il-Fondazzjoni M3P u Spazju Kreattiv.  Kollaboraturi oħra jinkludu Unfinished Art Space u l-Fondazzjoni Gabriel Caruana. Flimkien mal-esebizzjonijiet, l-attivitajiet jinkludu wkoll numru ta’ workshops dwar l-editjar fuq Wikipedia u edi-toni (edit-a-thons).  Dawn l-attivitajiet ikomplu jindirizzaw aktar id-differenza fil-ġeneru fuq Wikipedia filwaqt li tiffoka fuq ix-xogħol ta’ artisti femminili u l-kontribuzzjoni tagħhom lix-xena tal-arti Maltija. Kreditu tar-ritratt: Genesis concept sketch, Oksana Chepelyk   Art+Feminism fi Spazju Kreattiv Wara ż-żewġ edizzjonijiet preċedenti ta’ Art+Feminism f’Malta, Spazju Kreattiv stieden numru żgħir ta’ artisti nisa, liema xogħol tagħhom jifforma parti mill-Kollezzjoni tal-Arti tal-Fondazzjoni Kreattiva, biex jippreżentaw xogħlijiet ġodda flimkien ma’ xogħlijiet oħra ta’ artisti internazzjonali li pparteċipaw għall-sejħa pubblika.  Il-firxa tal-artisti testendi fuq tlett ġenerazzjonijiet, minn talenti stabbiliti għall-oħrajn emerġenti.  Ix-xogħlijiet juru approċċ wiesa’ dwar it-tema tal-esibizzjoni, bl-użu ta’ midja u metodi ta’ preżentazzjoni differenti.  L-artisti huma Mirjana Batinić, Debbie Caruana Dingli, Oksana Chepelyk, Therese Debono, Emma Fsadni, Anna Grima, Gloria Oyarzabal u Enrique Tabone. Kuratur: Toni Sant Tour mal-Kuratriċi – Il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu fit-3pm u l-Ħadd 8 ta’ Marzu fl-10:30am Dati: Il-Ġimgħa, 7 ta’ Frar 2020 –Il-Ħadd, 23 ta’ Awwissu 2020 Post: Spazju A u Spazju B, Spazju Kreattiv   Workshop ta’ Wikipedia u Edit-a-thon L-għan għal dan il-workshop ta’ editjar ta’ Wikipedia u l-edi-tona Art+Feminsm huwa li jinħolqu u jiġu editjati paġni ta’ Wikipedia dwar artisti nisa f’Malta speċjalment dawk involuti fl-esibizzjonijiet assoċċjati. Il-Ġimgħa 7 ta’ Frar 2020, 5-7pm: Workshop ta’ editjar ta’ Wikipedia Is-Sibt 8 ta’ Frar 2020, 10am-4pm: Edit-a-thon Art+Feminism Post: It-Teatru ta’ Spazju Kreattiv Dettalji u informazzjoni dwar kif wieħed jipparteċipa tista’ ssibhom hawn.   Strangers in a Strange Land Strangers in a Strange Land hija esebizzjoni multi-dixxiplinari dwar l-istat tal-mara f’dinja narrata u mfassla mill-irġiel.  Artisti viżwali u multi-dixxiplinari jirreaġixxu għall-istatus quo tad-dinja orjentata mal-irġiel, u jesploraw kif nistgħu niddisinjaw, nirrakuntaw u naraw mill-ġdid dak li ntqal u dak li huwa stmat.  Kif tista’ tikkontribwixxi perspettiva aktar femminili, u xi tfisser perspettiva femminili f’termini ta’ prospetti fiżiċi, filosofiċi u tas-soċjeta’? U teżisti istampa bilaterali ta’ ‘femminili’ u ‘maskili’, jew jekk le, sa fejn huwa kunċett falz? Artisti: Barumbara, Etienne Farrell u Charlene Galea, Roxman Gatt, Letta Shtohryn Kuratur: Margerita Pule Dati: 14 ta’ Frar 2020–8 ta’ Marzu 2020 Post: MUŻA, il-Belt Valletta u t-Teatru ta’ Spazju Kreattiv   Meet the Artists at Art& Feminism 2020 II Fit-tieni mis-sensiela ta’ taħdidit mal-artisti f’Art+Feminism 2020, id-direttur artistiku ta’ Spazju Kreattiv Toni Sant ser ikun qed jitkellem mal-artisti kollha li qed jesebixxu xogħolhom. Huma fost it-tmien artisti nisa li hemm esebiti bħalissa fi Spazji A + B ta’ Spazju Kreattiv. Nisimgħu aktar dwar ix-xogħol individwali tagħhom f’din il-wirja filwaqt li jiddiskutu l-idea li niċċelebraw l-arti u l-feminiżmu f’Malta, u internazzjonalment, bl-iskop li tkun indirizzata d-differenza li hemm bejn is-sessi fix-xena artistika kif ukoll fuq il-Wikipedia, li hija l-aktar websajt mhux kummerċjali popolari fid-dinja. Caruna Dingli, Grima, u Tabone qed jippreżentaw xogħol ġdid f’Art+Feminism 2020 wara li s-sena li għaddiet intwera xogħol tagħhom mill-kollezzjoni permanenti ta’ Fondazzjoni Kreattività.
Data u Ħin: Il-Ħamis, 5 ta’ Marzu 2020, 6.30pm Post: L-Atriju ta’ Spazju Kreattiv
  Curator’s Tour Data u Ħin: Il-Ġimgħa, 6 ta’ Marzu 2020, 3pm Post: Spazju A, B u Lejn L-Atriju, Spazju Kreattiv
  Wikipedia Workshop u Edit-a-thon L-għan għal din is-sessjoni ta’ ħidma għall-editjar ta’ Wikipedia u Art+Feminism huwa li jinħolqu u jiġu editjati paġni Wikipedia dwar artisti nisa f’Malta, speċjalment dawk involuti f’esibizzjonijiet assoċjati. Il-Ġimgħa, 6 ta’ Marzu 2020, 5pm-7pm: Workshop għall-Wikipedia (fil-foyer taċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv) Is-Sibt 7 ta’ Marzu 2020, 10am-4pm: Ari+Feminism Edit-a-thon (MUŻA) Post: Spazju Kreattiv u MUŻA Kollaboraturi: Unifinished Art Space Dettalji kif wieħed jipparteċipa tista’ ssibhom hawn.   Curator’s Tour Data u Ħin: Il-Ħadd, 8 ta’ Marzu 2020, 10.30am Post: Spazju A, B u Lejn L-Atriju, Spazju Kreattiv Data u Ħin: Il-Ħadd, 8 ta’ Marzu 2020, 11.30am Post: MUŻA   Ċelebrazzjoni Ċentinarja ta’ Jean Zaleski L-artista Maltija-Amerikana, Jean Busuttil Zaleski twieldet fl-11 ta’ April 1920. L-assoċazzjoni tagħha mal-Fondazzjoni Kreattiva tmur lura għall-bidu tal-millenju meta għenet biex jiġi stabbilit dak li llum huwa magħruf bħala l-Programm ta’ Residenza għall-Artisti ta’ Spazju Kreattiv. Iċ-Ċentru tal-Kreattività ospita wirja individwali min-naħa tagħha fl-2002 u x-xogħlijiet tagħha matul is-snin ġibda l-attenzjoni ta’ bosta dilettanti tal-arti f’Malta, fl-Istati Uniti u lil’hinn.  Biex tiċċelebra ċ-ċentinarju mit-twelid tagħha u l-għaxar anniversarju mit-tnedija tagħha, Art+Feminism 2020 tinkludi wirja speċjali ta’ xi wħud mix-xogħlijiet tagħha li jinsabu f’Malta f’kollezzjonijiet privati u fil-kollezzjoni tal-arti tal-Fondazzjoni Kreattivita’. Kuratur: Toni Sant Dati: 5 ta’ Marzu 2020–Il-Ħadd, 30 ta’ Awwissu 2020 Post: Atrium Approach u  Meditation Area, Spazju Kreattiv   Privat: The Natural Body as Fiction Min aħna meta ħadd ma jkun qed iħares? Qed insiru aktar aljenati minn qatt qabel mis-sess tagħna stess? Is-sex appeal sar ibbażat biss fuq l-immaġini, verżjoni kurata għall- Instagram, fejn ġisimna jiġi kommodifikat f’partijiet tal-ġisem separati u fejn jiġi mħeġġeġ  it-tkabbir u tal-kapitaliżmu. Din hija wirja individwali ta’ Charlene Galea, b’appoġġ mill-Fondazzjoni Gabriel Caruana. Kuratriċi: Raffaella Zammit Dati: 8 ta’ Marzu 2020 – 25 ta’ Marzu 2020 Post: The Mill, Fondazzjoni Gabriel Caruana, Birkirkara    

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a