Loading Events
  • This event has passed.

Castillo

20 Frar 2022 @ 7:00 pm - 8:45 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 12 Frar 2022 at 8:00 pm

One event on 13 Frar 2022 at 7:00 pm

One event on 17 Frar 2022 at 8:00 pm

One event on 18 Frar 2022 at 8:00 pm

One event on 19 Frar 2022 at 8:00 pm

One event on 20 Frar 2022 at 7:00 pm

Dati u ħin
Il-Ġimgħa 11 ta’ Frar 2022, 8pm
Is-Sibt 12 ta’ Frar 2022, 8pm
Il-Ħadd 13 ta’ Frar 2022, 7pm
Il-Ħamis 17 ta’ Frar 2022, 8pm
Il-Ġimgħa 18 ta’ Frar 2022, 8pm
Is-Sibt 19 ta’ Frar 2022, 8pm
Il-Ħadd 20 ta’ Frar 2022, 7pm

On-Demand
Is-Sibt 19 ta’ Frar 2022, 8pm – Il-Ġimgħa 25 ta’ Frar, 7pm (din l-għażla għandha l-opzjoni ta’ sottotitoli bl-Ingliż)

Wara l-mewt ta’ missierha, Amanda tmur biex tiltaqa’ ma’ ommha Emma, ​​li minnha ilha mbiegħda għal 25 sena.

Emma kienet abbandunat il-familja tagħha, wara l-mewt traġika ta’ oħtha Catherine fi splużjoni ta’ bomba. Matul is-snin, Emma ssir ossessjonata bil-mewt ta’ oħtha, Catherine Penza, kittieba prolifika u il-moħħ wara l-karattru popolari Dennis Castillo –– spettur tal-pulizija u eroj tal-proletarjat. Hekk kif Amanda tibda terġa’ tibda tirranġa r-relazzjoni tagħha ma’ ommha, hi malajr issib ruħha interessata fl-ossessjoni ta’ Emma. Waqt waħda mill-ewwel laqgħat tagħhom, Emma tistqarr qtil doppju li jirriżulta f’Amanda ssir kompliċi għar-reati ta’ din ix-xwejħa, imma l-mistoqsija tibqa dejjem fuq moħħha – hija qed tgħid il-verità?

Ibbażat fuq ir-rumanz ‘Castillo’ ta’ Clare Azzopardi, dan l-adattament għal-palk mill-kumpanija TakeTwo jħares lejn it-taqlib politiku reċenti ta’ Malta billi jgħaqqad ill-passat mal-preżent, u jikxef riflessjoni reali fuq is-soċjetà Maltija permezz tal-vjaġġ personali ta’ Amanda.

Il-Ġimgħa 11 ta’ Frar (wara l-prestazzjoni), se tkun organizzata Taħdita Teatru mat-tim kreattiv fejn ser jiddiskutu l-proċess wara dan id-dramm mill-paġna għal palk.


 

Castillo huwa proġett ikkummissjonat minn Spazju Kreattiv b’kollaborazzjoni ma’ Take//Two u l-Kunsill Malti għall-Arti.

Atturi:
Simone Spiteri bħala Emma (80s)
Simone Zammit bħala Emma (Preżent)
Rachel Genovese bħala Cathy
Analise Mifsud bħala Amanda
Francesca Scerri bħala ANNE (80s)
Frida Cauchi bħala ANNE (Preżent)
Daniela Carabott Pawley bħala GINA (80s + Preżent)
Mark Doneo bħala Castillo
Andre Mangion bħala Matteo


Il-patruni kollha li se jattendu avvenimenti fi Spazju Kreattiv għandhom jippreżentaw ċertifikazzjoni tal-vaċċin fil-punt tad-dħul tagħhom.

Dan id-dramm għandu rappreżentazzjoni tat-tipjip u bl-ebda mod m’għandu l-għan li jippromovi t-tipjip u qed jintuża għal raġunijiet artistiċi biss.

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€20
Konċessjonijiet
€15
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)
Balcony seats: €15 , Video on Demand: €7

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 45min
Ċert
15
Lingwa
Malti