
- This event has passed.
Dance Festival Malta
Dance Festival Malta (DFM) oriġina bħala inizjattiva privata minn tlett prattikanti taż-żfin li xtaqu joħolqu pjattaforma taż-żfin annwali mmirata lejn il-ħolqien ta’ opportunitajiet għal artisti lokali u internazzjonali biex juru ix-xogħol tagħhom u jesponu lill-udjenzi lokali għal xogħlijiet taż-żfin oriġinali.
Il-festival se jippreżenta prestazzjonijiet diretti bi stili differenti ta’ żfin li huma marbuta ma’ żfin kontemporanju u teatrali. Permezz ta’ dan il-festival, it-tim jittama li jqajjem interess fost l-udjenzi potenzjali u għalhekk jispira lil aktar individwi jirrikorru għal dawn il-prestazzjonijiet li jinkludu fororm varji taż-żfin. Għaldaqstant il-festival qed jiġi organizzat b’ turija t’ apprezzament lejn iż-żfin mill-udjenzi tal-festival. L-għan ta’ dan il-festival huwa biex juri l-importanza ta-żfin u li huwa forma ta’ espressjoni li tgħaqqad il-komunitajiet.