Elektronika | Tmiem l-Ewwel Fażi

Loading Events
  • This event has passed.

Elektronika | Tmiem l-Ewwel Fażi

4 Marzu 2022 @ 6:30 pm - 8:30 pm

Elektronika huwa proġett li ġie varat fi Frar tal-2021 bl-iskop li jiżviluppa storjografija tal-mużika elettronika f’Malta. Matul is-sena l-oħra, dan il-proġett żviluppa f’fażi ta’ riċerka permezz ta’ serje ta’ sessjonijiet ta’ stejjer orali fejn ġie esplorat l-iżvilupp u l-evoluzzjoni tax-xena tal-mużika elettronika f’Malta.

F’din il-preżentazzjoni pubblika li ħa tiġi segwita b’dj set, ir-riżultati tal-ewwel fażi ta’ Elektronika se jkunu ppreżentati minn Mike Bugeja u Dr Toni Sant mill-Fondazzjoni M3P. Waqt dan l-avveniment, Salvatore Muscat (magħruf bħala Sequenchill) ħa jkun il-mistieden speċjali; fejn ħa jiġi ntervistat minn Mike Bugeja u wara ħa jdoqq dj set ta’ siegħa.

Dan il-proġett huwa mmexxi minn Electronic Music Malta flimkien mal-Fondazzjoni M3P u huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti. Elektronika huwa parti mill-programmi ta’ Circuits u Spazju Kreattiv.

 

Creative Team: Edwin Balzan, Michael Bugeja, Dr Toni Sant
Partners: Electronic Music Malta
M3P Foundation
Arts Council Malta
Spazju Kreattiv

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
Free
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a