Loading Events
  • This event has passed.

Exhibition on Screen: Degas, Passion for Perfection

7 Frar 2020
Dati u Ħinijiet: Il-Ġimgħa, 4 t’Ottubru 2019, 7.30pm Il-Ġimgħa, 7 ta’ Frar 2020, 7.30pm Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezz: €7 / €6 (membri taċ-ċinema club) Degas: Passion for Perfection. Mill-mużewFitzwilliam, Cambridge ESEBIZZJONI FUQ L-ISKRIN tivvjaġġa mit-toroq ta’ Pariġi sal-qalba ta’ esebizzjoni stupenda fil-mużew Fitzwilliam f’Cambridge, li l-kollezzjoni estensiva tiegħu tax-xogħlijiet ta’ Degas hija l-aktar rappreżentanta fil-Brittanja. B’aċċess esklussiv li tara xogħlijiet rari u diversi, dan il-film jirrakkonta storja affaxxinanti tat-tfittxija ta’ Degas għall-perfezzjoni kemm permezz ta’ esperimentazzjoni b’tekniki ġodda, kif ukoll tagħlimiet miksuba mill-istudji fuq il-mgħallmin tal-imgħoddi. Xi drabi, frustrat bil-fallimenti tiegħu, Degas kien megħlub minn prinċipji ossessivi u beda jitlef id-dawl t’għajnejh imma d-determinazzjoni tiegħu biex jaqbad mumenti mill-ħajja ta’ kuljum kienet evidenti f’kull marka li għamel. Qatt ma kien sodisfatt għal kollox, u ħafna mit-tpenġijiet u l-iskulturi tiegħu tħallew fil-privat matul ħajtu iżda, issa permezz ta’ analiżi mill-qrib, jistgħu jitqiesu bħala wħud mill-aktar xogħlijiet dettaljati b’mod sabiħ u espressivi fl-era moderna. Bl-użu ta’ kitbiet ta’ ħbiebu u ta’ kummentaturi, u n-narrazzjoni tal-ittri miktubin minn Degas innifsu, dan il-film jiżvela verità aktar kumplessa wara wieħed mill-aktar artisti Franċiżi influwenti fl-aħħar tas-seklu 19 u jservi bħala esplorazzjoni tal-funzjonijiet kumplessi tal-moħħ artistiku ta’ Degas. “L-arti mhijiex kwistjoni ta’ x’tara int, imma xi ġġiegħel lil nies oħra jaraw.” Edgar Degas https://youtu.be/Uh7Whkq8d5Y
Creative Team
Direttur: David Bickerstaff

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
85 minuta
Ċert
n/a
Lingwa
n/a