Loading Events
  • This event has passed.

Exhibition on Screen – I, Claude Monet

8 Jannar 2021 @ 7:30 pm - 9:00 pm

Rasi se tisplodi – Irrid inpitter kollox.
Claude Monet

Id-direttur rebbieħ ta’ diversi unuri, Phil Grabsky, jagħtina perspettiva ġdida għall-wieħed mill-aktar artsiti favoriti fid-dinja – permezz ta’ kliemu stess.  I, Claude Monet, huwa bbażat fuq 2,500 ittra li jiżvelaw fatturi ġodda fuq il-ħajja ta’ dan ir-raġel li mhux biss welled l-imppressjoniżmu bl-ewwel pittura tiegħu iżda li probabilment huwa l-aktar pittur influenti u ta’ suċċess tas-seklu 19 u tas-seklu 20.

Il-ħajja ta’ Monet tista’ titqabbel ma’ storja li tqanqlek minħabba li wara t-tila kkullurita li kien ipitter, kien hemm raġel mifni bi problemi tad-dipressjoni, solitudni u anke saħansitra bi ħsibijiet ta’ suwiċidju.  Madanakollu, l-arti tiegħu żviluppat, u l-imħabba tiegħu għall-ġardinaġġ ispiratu biex ippoloraizza l-ġnien ta’ Giverny, u fuq kollox naraw ir-rebħa tal-umoriżmu u l-imħabba għall-ħajja.   Il-film ġie miġbud fil-postijiet awtentiċi marbutin mal-artist madwar l-Ewropa kollha fil-postijiet fejn kien ipitter.  I, Claude Monet hija esplorazzjoni ċinematografika friska u intima ta’ xi wħud mill-aqwa u mill-aktar xeni ikoniċi u maħbuba fl-arti tal-Punent.

 

Data u Ħin: Il-Ġimgħa, 8 ta’ Jannar 2021, 7.30pm

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€7
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
€6
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1h 27m
Ċert
n/a
Lingwa
n/a