- This event has passed.
Exhibition on Screen: Rembrandt
3 April 2020
Dati u Ħinijiet:
Il-Ġimgħa, 6 ta’ Diċembru 2019, 7.30pm
Il-Ġimgħa, 3 t’ April 2020, 7.30pm
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: €7 / €6 (membri taċ-ċinema club)
Fid-dawl tal-iktar żviluppi riċenti, ġie deċiż li il-wiri ta’ Exhibition on Screen: Rembrandt jiġi kkanċellat.
Dan qed isir sabiex nieħdu ħsieb is-saħħa tal-istaff u l-viżitaturi tagħna li hija l-ewwel prijorità tagħna.
REMBRANDT
MIN-NATIONAL GALLERY, LONDRA U R-RIJKSMUSEUM, AMSTERDAM
B’direzzjoni ta’ Kat Mansoor
Kull esibizzjoni ta’ Rembrandt tkun mistennija bil-ħerqa, iżda din il-wirja kbira li saret fin-National Gallery ta’ Londra u fir-Rijksmuseum ta’ Amsterdam kienet avveniment li qatt ma rajna bħalu.
B’aċċess esklussiv għaż-żewġ galleriji, dan il-film jiddokumenta din l-esibizzjoni storika, filwaqt li jinseġ l-istorja tal-ħajja ta’ Rembrandt, bi preparamenti minn wara l-kwinti f’dawn l-istituzzjonijiet magħrufa madwar id-dinja. Dan il-film favorit minn EXHIBITION ON SCREEN jirritorna fiċ-ċinema, biex jesplora bosta mix-xogħlijiet ewlenin tal-esibizzjoni, permezz ta’ kontributi minn mistednin speċjali li jinkludu kuraturi u storjografi tal-arti ewlenin.
Għal bosta, Rembrandt huwa l-aqwa artist li qatt eżista, u dan il-film pjuttost kommoventi jfittex li jesplora l-verità dwar ir-raġel wara l-leġġenda.
Creative Team
Direttur: Kat Mansoor
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)