Loading Events
  • This event has passed.

Exhibition on Screen: Young Picasso

6 Marzu 2020
Dati u ħin Il-Ġimgħa, 1 ta’ Novembru 2019, 7:30pm Il-Ġimgħa, 6 ta’ Marzu 2020, 7:30pm Post: Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezz: €7 / €6 (membri taċ-ċinema club) Pablo Picasso huwa wieħed mill-aqwa artisti ta’ kull żmien – u sal-mewt tiegħu fl-1973 kien l-aktar prolifiku fost l-artisti. Ħafna films trattaw dawn l-aħħar snin – l-arti, ir-relazzjonijiet u ċ-ċirku wiesa’ ta’ ħbieb. Imma fejn beda dan kollu? Qabel kollox, x’kien li għamel lil Picasso Picasso? Injorati għal wisq żmien, wasal il-mument biex inħarsu lejn l-ewwel snin ta’ Picasso; it-trobbija u t-tagħlim li wasslu għall-kisbiet straordinarji tiegħu. Tlett ibliet għandhom irwol ewlieni: Malaga, Barċellona u Pariġi. Young Picasso iżur kull waħda u jesplora l-influwenza tagħhom fuq Picasso, billi jiffoka fuq xogħol artistiku speċifiku minn dawn l-ewwel snin. Il-film għalhekk jispjega kif dan l-artist żagħżugħ kiseb l-inġenju tiegħu. Inħarsu b’attenzjoni lejn żewġ perjodi ewlenin fil-bidu – l-hekk imsejħa Perjodu Blu u Perjodu Ward – il-film joħodna lura lejn l-1907 u lejn il-ħolqien tat-tpinġija kritika fl-istorja tal- arti – Les Demoiselles d’Avignon. Kienet tpinġija li xxukkjat lid-dinja tal-arti imma biddlitha b’mod irrevokabbli. Picasso kellu biss 25 sena. Bil-ħidma mill-qrib mat-tliet mużewijiet Picasso f’Malaga, Barċellona u Pariġi, dan il-film jispjega kif wasal għal livell daqshekk għoli.   https://www.youtube.com/watch?v=L3LW-dZhpCg

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
85 mins
Ċert
U
Lingwa
Ingliż