Eyes to Argus – in habit | Live

Loading Events
  • This event has passed.

Eyes to Argus – in habit | Live

8 Ottubru 2021 @ 8:00 pm - 10:30 pm
|Recurring Event (See all)

An event every week that begins at 8:00 pm on Il-Ġimgħa, repeating indefinitely

Data u ħin
il-Ġimgħa 8 ta’ Ottubru 2021, 8pm
Is-Sibt 9 ta’ Ottubru 2021, 8pm

Eyes to Argus, das-sajf ħarġu l-album il-ġdid tagħhom ‘in habit’ mar-record label Amerikana Post. Recordings. Il-grupp ħa jdoqq l-album ‘in habit’ komplut mill-bidu sal-aħħar fl-Ispazju Kreattiv fit-8 u d-9 t’Ottubru. 

L-album jiddeskrivi l-ambjent u l-postijiet fejn il-membri tal-grupp qattgħu ħajjithom jgħixu fihom, u kif dawn il-postijiet inbidlu u żviluppaw maż-żmien. L-istejġ ġie ddisinjat minn Late Interactive, li b’mod liema bħalu jiġbor flimkien l-atmosfera tal-album innifsu. 

Is-serata tibda bil-wirja ta’ Aidan Somers (il-Ġimgħa) u Bennie Blue (is-Sibt).

Il-ħsejjes ta’ Eyes to Argus huma partikolari iżda huma fl-istess ħin familjari. Il-membri tal-grupp ilhom ħbieb snin twal u għandhom preferenzi simili fil-mużika bħal dawk post-rock, shoegaze u ambient, iżda l-mużika li joħolqu mhijiex esklussivament dawn il-ħsejjes.


Tim Kreattiv
Samwel Mallia (Membru tal-band, Konsulent tad-Disinn)
Ben Mifsud Joslin (Membru tal-band, Konsulent tal-Kontenut)
Samuel Attard (Membru tal-band, Konsulent tal-Kontenut)
Robert Farrugia (Membru tal-band, Konsulent dwar in-Networking)
Toni Gialanze (Disinn tal-Palk u d-Dwal + Operatur)
Sergio Costa (Soundman)
Aidan Somers (Opening Act, Solo)
Owen Caruana (Opening Act, Bennie Blue)
Andrew Debono (Opening Act, Bennie Blue)
Daniel Ellul (Opening Act, Bennie Blue)
Hadrien Meilleur (Opening Act, Bennie Blue)

Il-patruni kollha li se jattendu avvenimenti fi Spazju Kreattiv għandhom jippreżentaw ċertifikazzjoni tal-vaċċin fil-punt tad-dħul tagħhom.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€15
Konċessjonijiet
€12
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
2hr 30min
Ċert
12
Lingwa
n/a