Is-Siġra tat-Tin

Loading Events
  • This event has passed.

Is-Siġra tat-Tin

3 Ottubru 2021 @ 7:00 pm - 8:00 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 2 Ottubru 2021 at 7:00 pm

One event on 3 Ottubru 2021 at 7:00 pm

One event on 2 Ottubru 2021 at 6:00 pm

Dati u Ħin

Il-Ġimgħa 1 ta’ Ottubru 2021, 8pm (Taħdita Teatru)
Is-Sibt 2 ta’ Ottubru 2021, 6pm & 8pm (extra show)
Il-Ħadd 3 ta’ Ottubru 2021, 7pm

Ix-xewqa hija umana. Aħna lkoll għandna xewqat u l-bżonnijiet tagħna.

Madankollu, it-triq għal dak li nixxennqu mhix l-istess għal kulħadd. Kultant dik it-triq hija mfixkla, xi drabi nistgħu nħossu li m’hemm l-ebda pont għan-naħa l-oħra, xi kultant nistgħu nħossuna kompletament waħedna meta rriduha u nagħmluha għaliha. Kultant trid timxi ‘l quddiem u sempliċement tkun favoluż.

Din hija storja miktuba mid-drammaturga rebbieħa Simone Spiteri, dwar xewqat irrakkontati u ko-maħluqa minn atturi b’diżabilità intellettwali u artisti mistiedna, li jgħaqqdu l-ħolm bħall-friegħi ta’ siġra bil-weraq fi produzzjoni teatrali ġdida minn Opening Doors u taħt id-direzzjoni ta’ Toni Attard.

Id-dramm Is-Siġra tat-Tin huwa pproduċut minn Culture Venture fi ħdan il-proġett AMASS fl-Università ta’ Malta, Acting on the Margins: Art as Social Sculpture, imsieħba f’Malta mid-Dipartiment tal-Arti, Komunitajiet Miftuħa, u Edukazzjoni tal-Adulti, fi ħdan il-Fakultà tal-Edukazzjoni. AMASS irċieva għajnuna finanzjarja mill-programm ta’ iċerka u innovazzjoni Horizon 2020 tal-Unjoni Ewropea taħt il-ftehim ta’ għotja nru 870621. Huwa appoġġat mill-Arts Council Malta u l-Opening Doors Association.

Il-patruni kollha li se jattendu avvenimenti fi Spazju Kreattiv għandhom jippreżentaw ċertifikazzjoni tal-vaċċin fil-punt tad-dħul tagħhom.

Nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Ottubru (wara l-prestazzjoni), se tkun organizzata Taħdita Teatru bil-kelliema Toni Attard, Ilona Baldacchino u Angela Bettoni fejn ser jiddiskutu l-proċess wara dan id-dramm mill-paġna għal palk. Din is-sessjoni ħa tkun moderata minn Isabelle Gatt,

​​Direzzjoni: Toni Attard
Kitba: Simone Spiteri mal-membri ta’ Opening Doors
Atturi: Cheyenne Aquilina, Caroline Bajada, Angela Bettoni, Sharon Bezzina, Denise Camilleri, Kurt Castillo, Peter Fenech, Benjamin Grech, Sarah Micallef, Jacob Piccinino, Justin Spiteri, Kal Wirth & Mark Zammit Cutajar
Koordinatur tal-produzzjoni, props u assistent maniġer tal-palk: Anne Marie Camilleri
Xenografija: Romualdo Moretti
Disinn tad-dwal: Chris Gatt
Disinn tal-ħoss: Michael Quinton
Maniġer tal-palk: Annalisa Schembri
Kostruzzjoni tas-Sett: Claudio Apap
Produzzjoni: Culture Venture

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€15
Konċessjonijiet
€12
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
kull età
Lingwa
n/a