Lithuanian Film Days 2022

Loading Events
  • This event has passed.

Lithuanian Film Days 2022

11 Marzu 2022 - 13 Marzu 2022

Children From The Hotel “America”

Il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu, 2022, 6.30pm


Dewmien: Siegħa u 30 minuta
Cert:15
Lingwa oriġinali: Litwan
Sottotitoli: Ingliż 

L-ewwel sottomissjoni tal-Litwanja indipendenti fis-sezzjoni tal-Berlinale Panaroma tal-1991

Huwa s-sajf tal-1972 f’Kaunas, il-Litwanja. Għalkemm il-mużika rock and roll hija projbita fil-USSR, grupp żgħir ta’ żagħżagħ jisimgħu bil-moħbi r-radju tal-Lussemburgu u joħolmu… Huma jgħixu kollha f’dar li qabel kienet lukanda li kien jisimha “America”. L-attivitajiet innoċenti tagħhom jiġbdu l-attenzjoni tal-aġenti tal-KGB li eventwalment jipprovaw jifirdu dan il-grupp ta’ żagħżagħ. Dan huwa film dwar il-ġenerazzjoni ta’ “hippies” Litwani u l-avvenimenti ta’ kunflitt fil-Litwanja fl-1972 (ir-rebbiegħa ta’ Kaunas) meta student ta’ 19-il sena, Romas Kalanta, ferrex il-pitrolju fuqu nnifsu u ħaraq lilu nnifsu bħala protesta kontra r-reġim Sovjetiku.

The Jump

Il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu, 2022, 9pm Q&A mad-direttur Ms Giedrė Žickytė wara l-film.

Il-Ħadd 13 ta’ Marzu, 2022, 8pm


Dewmien: Siegħa u 24 minuta
Cert 12 A
Lingwa oriġinali: Litwan
Sottotitoli: Ingliż

Huwa Thanksgiving Day, fl-1970. Il-gwardja kostali tal-Istati Uniti toħroġ biex tiltaqa’ ma’ bastiment Sovjetiku mhux ’il bogħod ħafna mill-gżira ta’ Martha’s Vineyard. Konferenza ta’ ġurnata bejn iż-żewġ nazzjonijiet kienet ippjanata biex jiġu diskussi d-drittijiet tas-sajd fl-Oċean Atlantiku.

Waqt li t-taħditiet kienu fl-aqwa tagħhom, il-baħri Litwan Simas Kudirka jaqbeż minn fuq l-ilma kiesaħ silġ għal fuq il-bastiment Amerikan b’ansjetà kbira biex jipprova jieħu l-ħelsien tiegħu. Għall-kuntrarju ta’ dak li ħaseb, u bid-diżapprovazzjoni kbira tal-midja tad-dinja, l-Amerikani rritornawh lura lis-Sovjetiċi u mbagħad kellu jgħaddi minn ġuri għal tradiment. Dan l-avveniment ikun il-bidu ta’ serje ta’ protesti madwar l-Istati Uniti jitolbu l-ħelsien tiegħu u meta jidher li ma jkunx fadal tama, tiġi żvelata informazzjoni ġdida dwar iċ-ċittadinanza ta’ Simas. Permezz ta’ xhieda li kienu fuq il-post, filmati rari mill-arkivji u rikostruzzjoni drammatika fl-ewwel persuna minn Simas Kudirka, li issa għandu 90 sena, id-direttur Giedrė Žickytė jeħodna fuq vjaġġ straordinarju li sar ta’ ispirazzjoni għal nies, films u politika, u li saħansitra wasal sal-White House.

Runner

Is-Sibt, 12 ta’ Marzu, 2022, 4pm


Dewmien: Siegħa u 37 minuta
Cert: 15
Lingwa oriġinali: Litwan
Sottotitoli: Ingliż

Wara li l-għarus tagħha esperjenza episodju psikotiku u jisparixxi, Maria hija determinata li ssibu u tgħinu.

Hija tibda ssewgi kull traċċa dwar fejn huwa jista’ jkun u tibda vjaġġ eċitanti madwar il-belt. Għalkemm hija dejjem tkun għadha pass lura, xorta waħda tistinka kemm tiflaħ biex tiġġieled kemm għall-imħabba kif ukoll għal-libertà tagħha.

All patrons attending events at Spazju Kreattiv must present full vaccine certification at point of entry.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€7
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
€6
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
Diversi
Ċert
Diversi
Lingwa
Litwan b'sottotitli bl-Ingliż
: