Malta Indie Shorts │ March Edition

Loading Events
  • This event has passed.

Malta Indie Shorts │ March Edition

10 Marzu 2022 @ 7:00 pm - 8:30 pm

Data u ħin
Il-Ħamis 10 ta’ March 2022, 7pm

Malta Indie Shorts huwa avveniment eċċitanti għal produtturi tal-films u udjenzi lokali.

Kull xahar, aħna nuru 3 films qosra notevoli li ġew prodotti u ffilmjati hawn Malta, kif ukoll diskussjoni ma’ kull direttur. Din l-interazzjoni tal-udjenza hija vitali għall-produtturi tal-films. Il-pubbliku għandu l-opportunita’ li jitgħallem dwar il-produzzjoni tal-films, permezz ta’ artisti li jaħdmu f’ Malta u Għawdex.


12 Frames (2013) – Dir. Peter Paul Gauci (Dramm Storiku)

Żagħżugħa terġa’ lura għall-għeruq tagħha f’Għawdex tipprova tiskopri x’ġara lin-nanna tagħha fl-1945.


Ħallini Ħanini (2020) – Dir. Samira Damato (Kummiedja, Drama, Familja)

Malta, 1964. Familja tispiċċa f’taqlib finanzjarju u emozzjonali hekk kif l-influwenza Brittanika tibda tħalli l-effetti fuq il-gżira ta’ Malta. Biex tipproteġi lil ommha mit-tempra ta’ missierha, Mariella, tifla ċkejkna u brikkuna, tippjana li teħles minnu.


The Maltese Islands (2017) – Dir. Samuel Farrugia (Mużika, Ivvjaġġar)

Rappreżentazzjoni xenika tal-ħafna veduti, sfumaturi u togħmiet tal-Gżejjer sbieħ tagħna Maltin.


Malta Indie Shorts hija maħluqa minn Andrew Bonello. Għal aktar informazzjoni biex tissottometti l-film qasir tiegħek, jekk jogħġbok ingħaqad mal-Malta Indie Shorts!

Malta Indie Shorts! (Monthly Movie Meetup) | Facebook


Il-patruni kollha li se jattendu avvenimenti fi Spazju Kreattiv għandhom jippreżentaw ċertifikazzjoni tal-vaċċin fil-punt tad-dħul tagħhom.

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€7
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
€6
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 30min
Ċert
TBC
Lingwa
n/a
: