Loading Events
  • This event has passed.

MCAST Institute for the Creative Arts Festival 2021 – Diversify

2 Lulju 2021 - 25 Lulju 2021

Il-MCAST ICA Festival twaqqaf tliet snin ilu bħala kunċett innovattiv għall-esebizzjoni annwali fi ħdan l-Istitut tal-Arti Kreattiva.

L-għan ewlieni kien li nsaħħu l-perċezzjoni u noħolqu avveniment li jqanqal u joħloq stennija għas-snin li ġejjin. Dan seħħ għaliex kien hemm lok għal emanċipazzjoni;  minn sempliċi esebizzjoni għal avveniment festiv li jiċċelebra l-Arti Kreattiva.

Dan il-Festival artistiku ser ikun qed jaħdem favur l-għaqda bejn l-Istitut tal-Arti Kreattiva ġewwa l-MCAST u l-bqija tal-komunità. Għaldaqstant, ser jirriżulta fi-ftehimaħjar dwar dak li aħna u dwar dak li nagħmlu. Dan l-avveniment ser jiċċelebra l-kreattività u ser iservi bħala pjatta forma biex juri x-xogħol impenjattiv tal-istudenti f’kollaborazzjoni mal-industrija.

Diversify hija mmirata biex ikollha tema pożittiva, u tagħti lin-nies tama għal futur aħjar. L-għan ewlieni tal-festival huwa li jenfasizza d-diversità tal-istudenti li tista’ ‘tinstab fi ħan l-istitut permezz ta’ progetti varji.

TIM KREATTIV
MCAST Istitut tal-Arti Kreattiva

KOLLABORATURI
Arts Council Malta & Spazju Kreattiv

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
BLA ĦLAS
Konċessjonijiet
BLA ĦLAS
Tfal
BLA ĦLAS
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta
Spazju A, Spazju B, Spazju Ċ, Teatru, Atriju, Lejn l-Atriju

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
3 ġimgħat
Ċert
n/a
Lingwa
n/a