National Theatre ENCORE – King Lear

Loading Events
  • This event has passed.

National Theatre ENCORE – King Lear

7 Ottubru 2018 - 15 Novembru 2018
Dati u Ħinijiet: Il -Ħadd, 7 ta’ Ottubru 2018, 6pm (Encore) Il-Ħamis, 15 ta’ Novembru 2018, 7:30pm (Encore) Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezz: Adulti: €12 Konċessjonijiet (Studenti u anzjani): €10 Kun af li dan jinvolvi filmati b’mumenti ta’ dawl qawwi u li jleħħ (strobe lighting). F’xandira diretta  mill-WestEnd ta’ Londra, segwi  ‘rappreżentazzjoni kommoventi u straordinarja’ ta’ King Lear minn Ian McKellen ġewwa ċ-ċinema. Din il-produzzjoni ta’ Chichester Festival Theatre rċeviet riċensjonijiet ta’ 5 stilel għal preżentazzjonijiet li nbiegħu kollha fi ftit ħin, u għal staġun limitat ittrasferixxiet ruħha għall-West End. Jonathan Munby huwa d-direttur ta’ dan ix-xogħol kontemporanju li b’‘qawwa u espressjoni’ (The Times)jirrakkonta mill-ġdid id-dramm teneru, vjolenti, kommoventi u xokkanti ta’ Shakespeare. Ikkunsidrata minn ħafna bħala l-ikbar traġedja qatt miktuba, King Lear jara żewġ missirijiet qed jixjieħu – wieħed re u l-ieħor il-kortiġjan tiegħu – jirriġettaw lit-tfal li tassew iħobbuhom. L-għama tagħhom tikxef baraxx ta’ ambizzjoni ħarxa u qerq, hekk kif il-familja u l-istat jispiċċaw involuti fi ġlieda vjolenti għall-poter bi tmiem mill-iktar qares.
With the participation of
Ian McKellen (Lear), Sinéad Cusack (Kent), Danny Webb (Gloucester), Kirsty Bushell (Regan)
Creative Team
Jonathan Munby (Direzzjoni)

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
200 min
Ċert
12A
Lingwa
Ingliż