National Theatre Live | La Belle Sauvage (Encore)

Loading Events
  • This event has passed.

National Theatre Live | La Belle Sauvage (Encore)

17 April 2022 @ 6:00 pm - 7:30 pm

Data u ħin
Il-Ħadd, 17 ta’ April, 2022,  6pm

Ibbażata tnax-il sena qabel it-triloġija epika tiegħu His Dark Materials , dan l-adattament interessanti jerġa’ jżur id-dinja fantastika ta’ Philip Pullman fejn qed jogħlew l-ilmijiet u qed jiffurmaw il-maltempati.

Żewġ żgħażagħ u d-dæmons tagħhom, waqt li kollox qiegħed f’riskju, isibu ruħhom fiċ-ċentru ta’ tiftixa terrifikanti għal persuna. Huma qed jieħdu ħsieb tifla ċkejkna jisimha Lyra Belacqua, u f’dik it-tifla jinsab id-destin tal-futur. U hekk kif l-ilmijiet jogħlew madwarhom, avversarji ta’ setgħa qawwija jikkonfoffaw għall-ħakma ta’ Dust: salvazzjoni għal xi wħud, u sors ta’ korruzzjoni infinita għal oħrajn.

Tmintax-il sena wara l-produzzjoni rivoluzzjonarja tiegħu ta’ His Dark Materials , id-direttur Nicholas Hytner jirritorna għall-univers parallel ta’ Pullman, fit-Teatru Nazzjonali. Xandira diretta mill-Bridge Theatre ta’ Londra

Il-patruni kollha li se jattendu avvenimenti fi Spazju Kreattiv għandhom jippreżentaw ċertifikazzjoni tal-vaċċin fil-punt tad-dħul tagħhom.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€12
Konċessjonijiet
€10
Tfal
€5
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
TBC
Ċert
12A
Lingwa
Ingliż