Loading Events
  • This event has passed.

National Theatre Encore: The Welkin

5 April 2020
Dati u Ħin: Il-Ħadd, 31 ta’ Mejju, 2020, 6pm Il-Ħamis, 18 ta’ Ġunju, 2020, 7.30pm Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezzjiet: Adulti: €12 Konċessjonijietgħall-istudenti u l-anzjani: €10 Fid-dawl tal-iktar żviluppi riċenti, ġie deċiż li dan l-avveniment jiġi kkanċellat. Dan qed isir sabiex nieħdu ħsieb is-saħħa tal-istaff u l-viżitaturi tagħna li hija l-ewwel prijorità tagħna.  ★★★★★ ‘Witty and dazzling. A thing of beauty’ The Upcoming Ħajja waħda f’idejn tnax-il mara. Post rurali fl-Ingilterra, fl-1759.  Hekk kif il-pajjiż qed jistenna l-kometa ta’ Halley, Sally Poppy, tfajla ta’ 21 sena irċiviet is-sentenza tal-forka minħabba delitt mill-iktar faħxi. Meta Sally stqarret li kienet tqila, ġurija magħmula minn 12-il mara tad-dar kellhom jieqfu minn dmirijiethom sabiex jiddeċiedu jekk dan hux minnu, jew sempliċiment kienet qed tipprova tevita l-mewt. Luke kien determinat li jsalvha anka jekk bl-għajnuna tal-qabla Lizzy biss.  Mill-banda l-oħra, folla irrabbjata kienet qed tinġemgħa u tisħaq fuq li jinxtered id-demm, filwaqt li l-ġurija kienu qegħdin jitqabdu mal-awtorita li ngħatatilhom u max-xitan li jinsab f’nofshom. James Macdonald(Who’s Afraid of Virginia Woolf?) jidderieġi lil  Maxine Peake (TheTheory of Everything, Funny Cow) u Ria Zmitrowicz (Three Girls, Mr. Selfridge) f’dan it-thriller b’saħħtu, nominat ukoll għat-Tony Awards bil-kitba ta’ Lucy Kirkwood (Chimerica, Skins). F’xandira diretta min-National Theatre f’Londra. https://youtu.be/1zecHfbfuf4

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
15
Lingwa
n/a