Loading Events
  • This event has passed.

National Theatre Encore: A View from the Bridge

17 Diċembru 2020 @ 7:30 pm - 9:45 pm

Wara s-suċċess eċċezzjonali tat-trażmissjoni diretta tal-produzzjoni ‘manjetika, sorprendenti u kuraġġuża,’ A View from the Bridge tirritorna fiċ-ċinema ta’ Spazju Kreattiv bħala parti mis-sensiela ta’ repetizzjonijiet speċjali miġjuba min-National Theatre.   

Din il-produzzjoni traġika, mfassla fuq il-pinna ta’ Arthur Miller, rebħet tliet Olivier Awards fl-2014, fosthom Best Revival, Best Actor għal Mark Strong (The Imitation Game, Tinker, Tailor, Soldier, Spy), u Best Director għal Ivo van Hove. M’għandnix għalfejn inkunu sorpriżi għalhekk, li din il-produzzjoni sabet postha f’din is-sensiela ta’ repetizzjonijiet speċjali li se jgħalqu dan l-istaġun memmorabli tan-National Theatre.

Il-motivazzjoni prinċipali ta’ A View from the Bridge hija x-xewqa għal Amerika, il-pajjiż ideali tal-ħolm għal kull min hu mxennaq għal futur aħjar. Iżda din il-ħolma hija mgħotijja dehra kemmxejn aktar reali hekk kif aspetti ta’ infatwazzjoni, ossessjoni u tradiment jidħlu fin-narrattiva. L-istorja toħodna ġewwa Brooklyn, fejn ħaddiem tat-tarzna, Eddie Carbone, jilqa’ lill-kuġini Siċiljani tiegħu ġewwa l-Amerika – l-art li tispira l-libertà. Iżda meta wieħed mill-kuġini jintlaqat minn infattwazzjoni impulsiva lejn in-neputija ta’ Eddie, malajr jintebħu li l-libertà wkoll għandha prezz iebes li wieħed irid iħallas. Eddie, maħkum bl-għira, jikxef sigriet li kapaċi jkisser dak kollu li jgħaqqad familja flimkien, filwaqt li twasslu sabiex jikkommetti l-akbar tradiment.

Data u Ħin: 
Il-Ħamis, 17 ta’ Diċembru 2020, 7.30pm

Offerta:
3 biljetti: €30
3 biljetti (Konċessjonijiet):€25

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€12
Konċessjonijiet
€10
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
2h 15m
Ċert
12+
Lingwa
Ingliż