National Theatre Live | Henry V (first screening)

- This event has passed.
National Theatre Live | Henry V (first screening)
Data u ħin
Il-Ħamis, 2 ta’ Ġunju, 2022, 7.30pm
Kit Harington (Game of Thrones) għandu r-rwol eċċitanti ta’ Shakespeare li jitratta l-istudju dwar in-nazzjonaliżmu, l-gwerra u l-psikoloġija tal-poter.
Frisk fit-tron, ir-Re Enriku V jieħu lill-Ingilterra fi gwerra mdemmija ma’ Franza. Meta l-kampanja tiegħu tiltaqa’ ma’ reżistenza, dan il-ħakkiem il-ġdid mingħajr esperjenza jrid jipprova li hu tajjeb biex jiggwida pajjiż fi gwerra.
Miġbuda b’mod dirett mid-Donmar Warehouse f’Londra, din il-produzzjoni moderna u eċċitanti taħt id-direzzjoni ta’ Max Webster (Life of Pi) tesplora xi tfisser li tkun Ingliż u r-relazzjoni tagħha mal-Ewropa, u tistaqsi: qatt ikollna mexxejja li verament ħaqqna?
Il-patruni kollha li se jattendu avvenimenti fi Spazju Kreattiv għandhom jippreżentaw ċertifikazzjoni tal-vaċċin fil-punt tad-dħul tagħhom.