NUTRICULA | Impossible Actions

Loading Events
  • This event has passed.

NUTRICULA | Impossible Actions

28 Marzu 2022 - 10 April 2022

NUTRICULA /Impossible actions tpoġġi lill-artisti f’serje ta’ kompiti li għandhom l-għan li jittestjaw u jimmaġinaw mill-ġdid il-limiti u l-funzjonijiet tal-ġisem u jiddekostruwixxu drawwiet (mhux) konxji tal-moviment.

Ix-xogħol għandu l-għan li jillibera l-ġisem u l-movimenti tiegħu minn tifsiriet imposti fuqhom. Il-workshop jinkludi eżerċizzji ta’ moviment, diskussjonijiet kritiċi, kitba kreattiva u introduzzjoni għall-istruttura tas-solo fiżiku.

Sejħa għall-Parteċipanti

Il-workshop huwa miftuħ għal kull min hu interessat kif ukoll għal dawk li huma kurjużi dwar id-dinamika tax-xogħol fi grupp. Il-workshop jinkludi eżerċizzji ta’ moviment, diskussjonijiet kritiċi, kitba kreattiva u introduzzjoni għall-istruttura tas-solo fiżiku. Ix-xogħol jittratta d-dinamika bejn aspetti globali u dawk lokali fi ħdan ix-xogħol tal-artist, bil-mod kif ir-realtà soċjo-politika u l-bijografija personali jinfurmaw il-proċess, bil-possibbiltà li l-artist jitlob spazju lil hinn mill-kunċett. Jindirizza wkoll proċessi ta’ ħidma u t-tensjonijiet bejn l-individwu u l-kollettiv.

Skeda tal-Proġett

Workshop Introduttorju | It-Tnejn 28 – l-Erbgħa 30 ta’ Marzu 2022 | 6pm – 10pm (kuljum) | Parteċipazzjoni fil-Prestazzjoni (mhux meħtieġa)

Irreġistra hawn jekk tixtieq tattendi biss il-Workshop Introduttorju.

It-Tieni Workshop| Il-Ħamis 31 ta’ Marzu, il-Ġimgħa 1 ta’ April, it-Tnejn 4 – 7 ta’ April 2022 | 4pm – 9pm (kuljum) | Parteċipazzjoni fil-Prestazzjoni (meħtieġa)

Irreġistra hawn jekk tixtieq tattendi biss il-Workshop Introduttorju.

Prestazzjoni Pubblika 1: Il-Ġimgħa 8 ta’ April fis-7pm

Prestazzjoni Pubblika 2: Is-Sibt 9 ta’ April fis-7pm

Irreġistra hawn jekk tixtieq tattendi ż-żewġ workshops.

 

Yasen Vasilev jaħdem fil-qasam taż-żfin u l-prestazzjoni kontemporanja bħala dramaturgu u kritiku. NUTRICULA hija r-riċerka prattika tat-teżi tal-Masters tiegħu dwar il-politika taż-żfin minn Shanghai Theatre Academy. Mill-2018 kien awtur li jikkontribwixxi għar-rivista Springback, jaħdem mal-koreografu Belġjan Ehsan Hemat u r-residenza mmexxi mill-artisti Radar Sofia. Huwa għandu wkoll BA fid-Dramaturġija, ippubblika erba’ ġabriet ta’ poeżija u erba’ drammi u rebaħ il-premju tal-udjenza f’Sofia: Poetics 2010 u s-CEI Fellowship fl-2020.

Il-proġett IMPOSSIBLE ACTIONS ġie prototipat f’residenzi fir-raħal tal-artisti ta’ Taipei u La Caldera, f’Barċellona fl-2019, u ġie prodott għall-ewwel darba fl-2021 minn Radar Sofia u Drama Pact f’DNK – spazju għal żfin u prestazzjoni kontemporanja f’Sofia, il-Bulgarija bl-appoġġ tal-Ministeru Bulgaru tal-Kultura, segwit minn verżjonijiet ġodda ma’ artisti lokali fil-festival tal-ġisem Moving (Varna, BG), CoFestival (Ljubljana, SI), Rosendal teater / DansiT (Trondheim, NO) fl-istaġun 2021-2022. Irċieva l-premju annwali tal-City Hall ta’ Sofia f’Settembru 2021.

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Studio A, Spazju Kreattiv

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a