Mogħdija ta’ Tifkiriet – Tislima lil Poeta

Loading Events
  • This event has passed.

Mogħdija ta’ Tifkiriet – Tislima lil Poeta

4 Novembru 2021 - 9 Jannar 2022

Wara sena mill-mewt ta’ wieħed mill-awturi l-aktar rispettati u kritiku ewlieni tal-letteratura f’Malta, Spazju Kreattiv qed jippreżenta wirja dwar Prof. Oliver Friggieri.

Dan il-proġett kommemorattiv jitfa’ dawl fuq episodji notevoli minn ħajtu permezz ta’ kitbiet tiegħu, u llustrazzjonijiet li qatt ma dehru qabel li jagħtu ħarsa lejn il-proċess tal-ħsieb u t-trobbija personali tiegħu.

 

Kuratur

Daniel Azzopardi


Nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Novembru, 2021, fis-7pm ser jiġi organizzat avveniment fi Studjow B fejn ser ikun hemm qari u analiżi ta’ siltiet mix-xogħlijiet ta’ Prof. Friġġieri minn Mario Micallef, flimkien ma’ diskussjoni minn Leanne Ellul, Professur Joe Friggieri, Professur Adrian Grima u Beverly Agius, moderata minn Joseph Borg. Kull min hu nteressat jista’ jibbukja fil-formola t’hawn taħt:

Ibbukkja hawn

L-awdjo recording tal-avveniment jinsab hawn:


 

Spazju Kreattiv jixtieq jirringrazzja lill-familja Friggieri u lill-Joseph Borg għall-għajnuna u l-kooperazzjoni tagħhom fit -tfassil ta’ dan il-proġett.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Atrium / Atrium Approach / Upper Atrium

Atrium Approach

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a