Loading Events
  • This event has passed.

Open Call: Ever wondered if you could change the world?

30 Lulju 2020 - 31 Lulju 2020
Aħna interessati li ngħixu f’dinja fejn kulħadd ikun rispettat u apprezzat b’mod ugwali individwalment.   Nemmnu li tkun uman hija missjoni pjuttost kumplessa imma li naċċettaw id-differenzi tagħna tista’ ssaħħaħna.  Subien, bniet, imma iżjed minn hekk, UMANI, irridu noħolqu din in-dinja magħkom!  Beħsiebna nagħmlu dan billi nesploraw moviment u kretaaivita biex nesprimu l-vuċi unika tagħna u noħolqu possibiltajiet ġodda.  Jekk inti għandek bejn it- 8 u l-15-il sena u tixtieq tkun parti minn din il-bidla, ingħaqa magħna billi ssegwi d-dettalji hawn taħt.  Data u Ħin: Il-Ħamis, 30 ta’ Lulju, 10:30am – 12:30pm (parteċipanti bejn 8-11 -il sena ) Il-Ġimgħa, 31 ta’ Lulju, 10:30am – 12:30pm (12-15 -il sena) Post: Studjow A, Spazju Kreattiv Prezz: B’xejn Ġibu magħkom: Flixkun ilma. Ilbies: komdu bħal xi tracksuit u kalzetti u kunu ppreparati li tiżfnu bil-kalzetti. Dis-sessjoni hija organizza b]ala parti mill-pro[ett ta’ Erasmus +  Embracing the Sustainable Development Goals through Creative Arts li ser jikkrea materjal edukattiv permezz taż-żfin u l-moviment li jittratta l-ugwaljanza bejn is-sessi u kwalità fl-edukazzjoni.  Din hija sessjoni-pilota li ser tkun iffilmjata għal raġunijiet edukattivi u biex titqassam kif hemm bżonn.  
  Sejħa għall-ewwel grupp: Bejn it- 8 u l-11-il sena Subien, Bniet, Unikorni, Fatatini, Ġuġu, Xadini u kull ħlejqa ħajja oħra…. Mistednin tingħaqdu magħna għal sessjoni ta’  moviment u esplorazzjoni kreattiva tad-dinja sabiħa tal-ugwaljanza u d-diversità!  Jekk għandek bejn it-8 u l-11-il sena, nixtiequ nisimgħu mingħandek.   
  Sejħa għat-tieni grupp:  Bejn it- 12 u l-15-il sena. Il-ħajja mhix ġusta, imma tista’ tkun? Aħna interessati li ngħixu f’dinja fejn kulħadd ikun rispettat u apprezzat b’mod ugwali individwalment.  Ahna nemmnu li in-nies huma qawsalla mhux kriterju li jrid jingħadd. Irridu noħolqu din in-dinja magħkom!  Beħsiebna nagħmlu dan billi nesploraw moviment u kretaaivita biex nesprimu l-vuċi unika tagħna u noħolqu possibiltajiet ġodda.   Jekk għandek bejn it-12 u l-15-il sena u temmen illi li tkun tifel jew tifla huwa kriterju dejjaq wisq, ingħaqad magħna ħalli nibdlu d-dinja flimkien!  

 

C-SDGS: Embracing the Sustainable Development Goals through Creative Arts

F’Settembru 2015, iktar minn 190 mexxejja mondjali kkommettew li jwaqqfu l-faqar, jegħlbu l-inugwaljanza u l-inġustizzja, jipproteġu l-pjaneta u jiżguraw properità mondjali għal kulħadd bħala parti mill-aġenda ta’ żvilupp sostenibbli (SDGs).  rakkontar tal-istejjer, żfin u logħob diġitali ser ikunu t-tliet forom kreattivi użati bil-għan li jqajmu kuxjenza dwar l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli – edukazzjoni ta’ kwalità, ugwaljanza bejn is-sessi u l-ħajja taħt l-ilma.   Dan il-proġett jimmira li jsawwab ħiliet kreattivi fl-għalliema VET (u CYPs) b’inkoraġġiment sabiex jintegraw b’mod kreattiv l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli f’xogħolhom. Il-pakketti ta’ riżorsi li ser jiġu kkreati għal dan il-proġett mill-organizzazzjonijiet-kollaboraturi ser ikunu aċċessibbli b’mod miftuħ għat-tniżżil minn fuq is-sit tal-proġett. Fondazzjoni Kreattività qed tikkollabora ma’ Hodworks Foundation mill-Ungerija biex jiġi kkreat pakkett ta’ riżorsi għaż-żfin. Fondazzjoni Kreattività qed taspira li l-prodott aħħari ta’ dan il-proġett iħalli impatt pożittiv fuq il-progressjoni professjonali ta’ min ser jibbenefika minnu permezz taż-żfin.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a