Loading Events
  • This event has passed.

Science in the City 2019 at Spazju Kreattiv

27 Settembru 2019
Data u Ħin: Il-Ġimgħa, 27 ta’ Settembru 2019, 6pm – midnight  Post: L-atriju u Stujo A, Spazju Kreattiv Dħul b’xejn. Science in the City huwa l-festival ta’ Xjenza u l-Arti li hija ferm maħbuba f’Malta. Fis-27 ta’ Settembru dan il-festival jittrasforma l-Belt Valletta mis-6pm sa nofsillejl. Hemm avvenimenti għall-etajiet kollha minn tfal sa adoloxxenti għal professjonisti, b’kunċerti kreattivi tal-jazz, żfin newrodiversi, wirjiet tax-xjenza, magician, teatru tax-xjenza u aktar! It-tema ta’ din is-sena hija “Ix-Xjenza hi INTI” li tirrifletti kif ix-xjenza hija mmirata lejn l-avvanz tal-individwu u kif ir-riċerka taffettwa lil kull wieħed minna. Spazju Kreattiv se jkollu platti taċ-ċeramika, wirjiet tal-pupazzi u esperimenti hands-on. L-Atriju se jkollu pjanċi taċ-ċeramika minn studenti tal-Iskola San Anton li ġew ispirati minn żjara f’Marzu mal-ekoloġisti Prof David Mifsud u Simone Cutajar. Dan il-proġett Kreattiv kien immexxi minn More or Less Theatre u appoġġjat mill-Arts Council Malta. Fi Studjo A, Kids Dig Science se jwettaq ‘Don’t cut the Orchids’, li huwa ispirat mill-iskoperta fl-2015 ta’ orkidej ġdid għax-xjenza u uniku għal Malta! Permezz tat-teatru tal-pupazzi u l-esperimenti li gew żviluppatti mal-NGO Green House, it-tfal jistgħu jiskopru kif jipproteġu dawn il-pjanti. Għall-programm sħiħ tal-festival żur: www.scienceinthecity.org.mt Science in the City @ Spazju Kreattiv hija parti mill-programm tal-attivitajiet ta’ STEAM @ Spazju Kreattiv.   Ritratti ta’ SITC 2018:  Elisa Von Brockdorff, Science in the City—European Researchers’ Night 2019 | Posters of 2019: Disinn ta’: UNGL Studio
With the participation of
Funded by the European Commission’s Research and Innovation Framework Programme, H2020 (2014-2020) Marie Skłodowska-Curie Actions.
Creative Team
Dr Edward Duca (manager); Karen Fiorini (assistant manager); Angele Galea (Artistic Consultant - More or Less Theatre); Sean Briffa (Kids Dig Science puppeteer);

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
Ingliż
: