Loading Events
  • This event has passed.

SongCraft 2022

1 April 2022

It-tielet edizzjoni ta’ Songcraft, programm ta’ mentorship għal kantawturi żgħażagħ, se ssir bħala parti mill-programm staġjonali ta’ Spazju Kreattiv 2021/2022. Aġenzija Żgħażagħ u Spazju Kreattiv reġgħu ingħaqdu biex jipprovdu dan il-programm għal sitt kantawturi żgħażagħ b’talent li għandhom bejn 16 u 20 sena. Minħabba l-COVID-19, xi partijiet tal-programm ġew adattati sabiex is-sessjonijiet isiru parzjalment b’mod virtwali.

Bettina Muchmore (kantawtriċi), Alex Alden (kantawtriċi) u Matthew James (kantawtur) se jkunu qed jiggwidaw lis-sitt parteċipanti biex ix-xogħol oriġinali tagħhom jilħaq livell professjonali, u dawn il-parteċipanti se jagħtu prestazzjoni tagħhom quddiem udjenza pubblika fi Spazju Kreattiv fl-2022.

Membri tat-tim tal-komunikazzjoni ta’ Spazju Kreattiv se jassisti lill-parteċipanti żgħażagħ fir-rigward tal-marketing tal-mużika tagħhom u potenzjalment iniedu l-karrieri tagħhom waqt il-Youth Workers mill-Aġenzija Żgħażagħ li ssegwi mill-qrib il-progress tagħhom.”

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
2h
Ċert
n/a
Lingwa
n/a