Suspiria

Loading Events
  • This event has passed.

Suspiria

4 Jannar 2019 @ 8:30 pm - 17 Jannar 2019 @ 10:00 pm
Dati u Ħin: Il-Ġimgħa, 4 ta’ Jannar, 2019, 8.30pm Il-Ħadd, 6 ta’ Jannar, 2019, 8.30pm It-Tlieta, 8 ta’ Jannar, 2019, 7.30pm Il-Ġimgħa, 11 ta’ Jannar, 2019, 8.30pm Il-Ħamis, 17 ta’ Jannar, 2019, 7.30pm Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezz: €7 / €6 (membri taċ-ċinema club) 18+ Luca Guadagnino, innominat għal Oscar, hawnhekk jidderieġi din il-prestazzjoni oriġinali daqskemm disturbanti ta’ Suspiria; il-klassiku tal-biża’ mill-1977 u li wkoll kiseb il-fama ta’ xogħol kult. Iż-żeffiena Amerikana u żagħżugħa Susie Bannion (Dakota Johnson) tasal ġewwa Berlin ta’ matul is-sebgħinijiet sabiex tittanta xortiha mal-kumpanija taż-żfin ta’ fama mondjali Helena Markos, u saħansitra timpressjona lill-koreografa tant popolari tat-troupe Madame Blanc (Tilda Swinton) bit-talent naturali tagħha. Meta tikseb l-irwol taż-żeffiena ewlenija, Olga, dik li qabel kienet tokkupa dan l-istess irwol, titlef rasha u tispiċċa sabiex takkuża d-diretturi femminili tal-kumpanija li huma sħaħar. Hekk kif il-preparamenti jintensifikaw bi tħejjija għall-prestazzjoni finali tax-xogħol li l-kumpanija hija l-iżjed magħrufa għalih, Susie u Madama Blanc b’mod mill-aktar stramb isiru dejjem iżjed qrib, tant qrib li wieħed seta’ faċilment jissuspetta li r-raġuni li għaliha Susie fittxet li tidħol fil-kumpanija jmur lil hinn minn sempliċiment żfin. Fil-frattemp, psikoterapista (Lutz Ebersdorf) bi kwalitajiet mill-iżjed inkwiżittivi u li tipprova tikxef is-sigrieti oskuri tal-kumpanija tfittex l-għajnuna ta’ żeffiena oħra li tinvestiga l-aspetti l-iktar sigrieti tal-istudjow fejn hemm jistennew skoperti mill-iżjed orribbli. Suspria huwa magħmul minn kast femmili tabilħaqq b’saħħtu, bil-parteċipazzjoni ta’ Tilda Swinton, rebbieħa tal-Academy Award, Dakota Johnson, Chloë Grace Moretz u Mia Goth, b’mużika li ssaħħrek ta’ Thom Yorke: il-kantant ewlieni tal-grupp Radiohead.   https://www.youtube.com/watch?v=BY6QKRl56Ok

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
152 mins
Ċert
18
Lingwa
Ingliż
: