Taralalla

Loading Events
  • This event has passed.

Taralalla

7 Novembru 2021 @ 7:00 pm - 8:00 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 31 Ottubru 2021 at 7:00 pm

One event on 3 Novembru 2021 at 8:00 pm

One event on 4 Novembru 2021 at 8:00 pm

One event on 5 Novembru 2021 at 8:00 pm

One event on 6 Novembru 2021 at 8:00 pm

One event on 7 Novembru 2021 at 7:00 pm

Dati u ħin
Is-Sibt 30 ta’ Ottubru 2021, 8pm
Il-Ħadd 31 ta’ Ottubru 2021, 7pm
L-Erbgħa 3 ta’ Novembru 2021, 8pm
Il-Ħamis 4 ta’ Novembru 2021, 8pm (Taħdita Teatru)
Il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru 2021, 8pm
Is-Sibt 6 ta’ Novembru 2021, 8pm
Il-Ħadd 7 ta’ Novembru 2021, 7pm

On demand
Il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru 2021, 8pm – Il-Ħadd 7 ta’ Novembru 2021, 7pm

Taralalla huwa dramm li jesplora l-għoqda tal-fenomeni politiċi tal-kostruzzjoni, il-ħajja mgħaġġla u l-immigrazzjoni.

Temi li huma fuq ilsien kulħadd. Imma kulħadd jaħsibha mod u ‘l kulħadd taffetwah differenti. Ċali qabżitlu. Karmni qed tiġġennen bl-istorbju. U Martha qed tesplora futur aħjar permezz ta’ dan kollu. Taralalla jipprova jħares lejn kif kulħadd alla għalih għax kulħadd waħdu. Imma kulħadd irid imut b’hekk kulħadd irid ħajja aħjar.

Taralalla juża temi ta’ tradizzjoni, mewt u nostaġiji, imfassla f’sentimenti ta’ tama, rabja u umanità. Il-karattri mhuma ħadd speċjali u propju għalhekk leħinhom iħanxar iktar minn ta’ ħaddieħor. Dan ix-xogħol teatrali ifittex dak il-leħen tal-bniedem ta’ kuljum, għax hemmhekk jaf isib realtà oħra li tmur ferm lil hinn minn dak li jintqal fuq mezzi tax-xandir jew fuq il-pjattaformi diġitali. Dan id-dramm iħuf fit-toroq u jitfa’ fuq palk id-dinja ta’ barra u jipprova jifhem aħjar qalb poplu kollu weġgħat u kumplessi. Poplu li ta’ spiss inħobbu ngħidulu injorant.

Il-Ħamis 4 ta’ Novembru (wara l-prestazzjoni), se tkun organizzata Taħdita Teatru mat-tim kreattiv fejn ser jiddiskutu l-proċess wara dan id-dramm mill-paġna għal palk.

Il-patruni kollha li se jattendu avvenimenti fi Spazju Kreattiv għandhom jippreżentaw ċertifikazzjoni tal-vaċċin fil-punt tad-dħul tagħhom.


TIM KREATTIV

Kitba: Lara Calleja
Direttur: Lee-N Abela
Atturi: Christopher Spiteri, Toni Busuttil, Lilian Pace Vassallo, Sarah Camilleri, Clive Piscopo u Mark Laurence Zammit
Disinn tas-Sett: Romualdo Moretti
Kostruzzjoni tas-Sett: Claudio Apap
Disinn tal-Ħoss: Michael Quinton
Disinn tad-Dawl: Christopher Gatt
Maniġer tal-Produzzjoni: Steve Cilia
ASM: Noelle Borg

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€20 (Balcony: €15)
Konċessjonijiet
€15
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)
On Demand: €7

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr
Ċert
15+
Lingwa
Malti