The Ordinary Lives of Women Film programme, curated by Nicole Bearman

Loading Events
  • This event has passed.

The Ordinary Lives of Women Film programme, curated by Nicole Bearman

5 Marzu 2022 @ 5:00 pm - 6:30 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 5 Marzu 2022 at 5:00 pm

Day 1 |Il-Ġimgħa, 4 ta’ Marzu, 2022, 9pm

Vivian’s Garden (2017)
Ta’ Rosalind Nashashibi (imwielda fl-1973)
30min

Vivian’s Garden huwa film tal-kulur bil-ħoss ta’ tletin minuta li juri r-relazzjoni bejn żewġ artisti immigranti Żvizzeri/Awstrijaki li huma omm u t-tifla tagħha – Elisabeth Wild (imwielda fl-1922) and Vivian Suter (imwielda fl-1949). Il-film inġibed u jiżvolġi ruħu fid-djar konnessi li ż-żewġ nisa jaqsmu fi ġnien tal-ġungla f’Panajachel, il-Gwatemala, fejn huma żviluppaw dar matrijarkali f’ambjent li jidher li huwa l-lok kemm tar-rifuġju kif ukoll tal-biża’. Id-dar u l-ġnien huma postijiet tat-terrur kif ukoll ta’ fejqan, u l-film jiddeskrivi kif, pereżempju, problema reċenti ma’ ġar kriminal wasslet biex it-tnejn li huma jgħaddu minn curfew u theddid, waqt li għargħar katastrofiku, persuni li jwettqu ħtif u l-biża’ mill-kriminali huma dejjem preżenti. Min-naħa l-oħra, huma jgħixu ħajja idillika fejn joħolqu arti f’ambjenti sbieħ, jgħixu b’mod sempliċi, huma mgħejuna u jgħinu lil xulxin. Vivian’s Garden jeżisti f’edizzjoni ta’ tlieta li l-ewwel waħda minnhom tinsab fil-kollezzjoni tat-Tate. Intwera għall-ewwel darba f’Documenta 14 kemm f’Ateni kif ukoll f’Kassel fl-2017.


Become A Microscope: 90 Statements on Sister Corita (2014)
Ta’ Aaron Rose
23min

Sister Corita (1918-1986) kienet għalliema, attivista politika u possibilment waħda mill-aktar artisti pop innovattivi u mhux tas-soltu tas-snin sittin. Become A Microscope: 90 Statements on Sister Corita, bid-direzzjoni ta’ Aaron Rose huwa film dokumentarju ta’ 20 minuta miġbud fuq il-post fl-2009 fil-campus tal-Qalb Immakulata f’Los Angeles fejn għallmet Corita. Is-suġġetti jinkludu ħafna mill-istudenti kontemporanji u tal-passat tagħha. Il-film iservi bħala dokument ħaj tal-ispirazzjoni li hija xerrdet lil bosta persuni matul ħajjitha…u kif jissuġġerixxi t-titlu, l-importanza li nħarsu lejn id-dinja “f’biċċiet żgħar kull darba”.

Id-direttur Aaron Rose huwa artist, kuratur u produttur tal-films li jgħix f’Los Angeles. Il-films preċedenti tiegħu jinkludu Beautiful Losers, Hamburger Eyes u Portraits of Braddock.


A Girl Walks Home Alone at Night (2014)
Ta’ Lily Amirpour
1hr 40min

Film Amerikan tal-2014 tal-orrur Western bil-lingwa Persjana miktub u dirett minn Ana Lily Amirpour. Promoss bħala “L-ewwel Western fuq il-vampiri Iranjani”, jaħdmu fih Sheila Vand, Arash Marandi, Mozhan Marnò, Marshall Manesh, u Dominic Rains. Kien parzjalment iffinanzjat minn kampanja tal-crowdfunding fuq Indiegogo.

A Girl Walks Home Alone at Night iseħħ “fil-belt mitluqa Iranjana Bad City” u juri l-għemil ta’ “vampir li jinsab waħdu”. Ġie miġbud f’Taft, California, f’format bl-iswed u bl-abjad. Kien magħżul biex jintwera fil-programm “Next” fil-Festival tal-Films Sundance tal-2014.

 


Day 2 | Is-Sibt, 5 ta’ Marzu, 2022, 5pm

 

Hidden (2020)
Ta’ Jafar Panahi
18min

Il-film qasir ta’ Jafar Panahi jsegwi lilu, lit-tifla tiegħu u l-ħabib tagħha li huwa produttur tat-teatru f’villaġġ Kurd imbiegħed sabiex iżuru mara li għandha d-don naturali tal-kant, u li l-familja tradizzjonali tagħha tirrifjuta li tħalliha twettaq prestazzjonijiet fil-pubbliku. Dak li jsibu huwa sigriet li għandu jinżamm mistur imma li għandu ġenn biex jinkixef.


The Time that Remains (2012)
Ta’ Soda Jerk
12min

F’dan il-melodramm gotiku, Joan Crawford u Bette Davis iqumu b’mod perpetwu u jsibu lilhom infushom ippersegwitati permezz tad-dehriet tagħhom stess u huma terrorizzati miż-żmien. Iżolati fl-ispazju tal-iskrin tagħhom, kull mara ssibha diffiċli sabiex terġa’ tikseb il-ħin minn diskorsi dwar is-sessi dwar l-anzjanità li jgħaqqdu lin-nisa aktar anzjani b’sens ta’ inviżibilità u skadenza.

The Time that Remains huwa t-tielet biċċa xogħol mis-serje kontinwa ta’ Séance Fictions ta’ Soda Jerk, li huwa ċiklu ta’ films dwar l-esperjenzi fiżiċi tal-ħin u kif dawn ir-relazzjonijiet huma medjati permezz tat-teknoloġiji tal-iskrin. Kull biċċa tax-xogħol f’din is-serje turi laqgħa bejn il-persunaġġi tal-passat u tal-futur ta’ attur tal-films li huwa mejjet.

Soda Jerk hija kollaborazzjoni artistika magħmula minn żewġ persuni li taħdem b’mod esklussiv b’films ikkupjati sabiex tagħmel films narrattivi esperimentali. Wara l-ġrajja ta’ vendetta politika tagħhom TERROR NULLIUS (2018), Soda Jerk se jniedu l-film ġdid tagħhom Hello Dankness fl-2022.


HAUS 209 (House 209) (2016)
Ta’ Bettina Hutschek
9.55min

HAUS 209 (House 209) jirrakkonta l-istorja ta’ mara li hija użata f’esperiment distopjan tal-ivvjaġġar lejn id-“dinja mbiegħda”. Il-mara hija priġuniera fi klinika f’pajjiż milqut minn kriżi. Ix-xjentisti jirriċerkaw il-possibilità tal-ivvjaġġar lejn id-“dinja l-oħra” bl-għajnuna ta’ kapsuli radjuattivi. Il-persuni li fuqhom isiru t-testijiet jintbagħtu lejn id-“dinja mbiegħda” biex jiksbu pariri mill-“vuċijiet” dwar kif isolvu l-problemi tal-umanità.

Il-film huwa mibni permezz ta’ ritratti minn bosta soġġorni fil-klinika HELIOS għat-terapija radjuattiva tal-jodju wara l-kanċer tat-tirojde, minn materjal tal-vidjo misjub mis-snin ħamsin u minn immaġni mikroskopiċi ta’ ċelloli u ta’ attività ġewwa l-ġisem. Reġistrazzjonijiet tal-ħoss minn ġewwa l-ward tal-klinika jitħalltu ma’ ħsejjes elettroniċi, ma’ ħsejjes tal-Geiger counter u siltiet mill-kanzunetti ta’ Debussy. Il-film jirreferi għal “La Jetée” ta’ Marker, waqt li t-titlu tal-film jirreferi għall-ward fil-klinika Berlin Buch, fejn il-pazjenti tal-kanċer tat-tirojde huma mogħtija t-terapija radjuattiva tal-jodju tagħhom.


Girlfriends (1978)
Ta’ Claudia Weill
1hr 26min

Meta l-ħabiba tal-qalb u l-inkwilina tagħha titlaq mid-dar f’daqqa sabiex tiżżewweġ, Susan (Melanie Mayron), li tipprova tkun artista waqt li taqla’ l-għajxien tagħha bħala fotografu tal-bar mitzvah fin-naħa ta’ fuq tal-Punent ta’ Manhattan, issib ruħha f’diffikultà kemm fil-ħajja u fl-imħabba. Kapulavur taċ-ċinema indipendenti Amerikan minn Claudia Weill (li, meta daħlet fl-Academy of Motion Picture Arts and Sciences bħala direttur fl-1981, kienet waħda mill-uniċi erba’ nisa li qatt irċevew dak l-unur), Girlfriends hija viżjoni li hija notevolment awtentika tar-relazzjonijiet bejn in-nisa li saret biċċa xogħol standard li għaliha jirreferu l-produtturi ta’ sottoġeneru sħiħ ta’ films u programmi tat-televiżjoni dwar nisa żgħażagħ li jippruvaw jirnexxu f’belt kbira. Din il-kapsula taż-żmien ta’ New York tas-snin sebgħin tenfasizza l-kumplessitajiet u l-kontradizzjonijiet tal-ħajjiet u r-relazzjonijiet tan-nisa b’sens umoristiku ironiku u b’onesta rinfreskanti.

 


 

     

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€7
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
€6
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
15
Lingwa
Ingliż
: