Wiki Loves Monuments 2021

Loading Events
  • This event has passed.

Wiki Loves Monuments 2021

1 Settembru 2021 - 29 Settembru 2021

Is-Sitt Edizzjoni ta’ Wiki Loves Monument in Malta

Malta se tieħu sehem bis-sitt edizzjoni f’Wiki Loves Monuments, iddikjarata mill-Guinness World Record bħala l-ikbar kompetizzjoni tal-fotografija fid-dinja. Il-kompetizzjoni iġġib flimkien nies minn madwar id-dinja biex jieħdu ritratti ta’ wirt kulturali monumentali biex jinqasmu fuq il-Wikipedija.

Din il-kompetizzjoni tiftaħ fl-1 ta’ Settembru. Il-parteċipazzjoni hija bla ħlas u miftuħa għal kulħadd. L-iskadenza għas-sottomissjonijiet kollha hija fit-30 ta ‘Settembru imma s-sottomissjonijiet jistgħu jsiru matul ix-xahar kollu ta’ Settembru. Ir-ritratti sottomessi jridu jkunu tal-parteċipanti individwali u jridu jkunu lesti jpoġġuhom taħt liċenzja miftuħa fil-Creative Commons.

Lejn nofs Settembru 2021, skont il-linji gwida li jippermettu l-awtorità tas-saħħa, se jsiru workshops dwar kif jittellgħu r-ritratti mal-Valletta Design Cluster fi ħdan l-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta. Id-dettalji se jsegwu fuq www.wikimalta.org u permezz ta’ Facebook u Instagram eqreb għad-data.

Ġurija komposta minn esperti fl-oqsma tal-wirt kulturali, fotografija u Wikipedia se tagħżel ir-ritratti rebbieħa. Għaxar sottomissjonijiet rebbieħa se jkunu nominati għall-konkors internazzjonali tal-Wiki Loves Monuments, bl-opportunità li jirbħu aktar premjijiet.


TIM KREATTIV
Neville Borg, Dr. Toni Sant u Anthony Micallef

KOLLABORATURI
WIkimedia Community Malta u Valletta Design Cluster


Jitħabbru r-rebbieħa lokali tal-akbar kompetizzjoni fotografika fid-dinja:

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
4 ġimgħat
Ċert
n/a
Lingwa
n/a