Xagħret Mewwija

Loading Events
  • This event has passed.

Xagħret Mewwija

5 Ottubru 2018 - 14 Ottubru 2018
Dati u Ħinijiet Il-Ġimgħa, 5 ta’ Ottubru 2018, 8pm Is-Sibt, 6 ta’ Ottubru 2018, 8pm Il-Ħadd, 7 ta’ Ottubru 2018, 8pm Il-Ġimgħa, 12 ta’ Ottubru 2018, 8pm Is-Sibt, 13 ta’ Ottubru 2018, 8pm Il-Ħadd, 14 ta’ Ottubru 2018, 8pm Post: Teatru, Spazju Kreattiv Prezz: €16 Inħarsu mill-ponta tal-Isla u quddiemna nimmaġinaw ilsien blat għeri …xagħri. Nimmaġinaw it-tliet xhur tal-Assedju l-Kbir, dan l-ilsien blat jinbidel f’bejta tal-għadu, miżgħud kampijiet, tined ikkuluriti, armamenti u dagħa faħxi. Meta t-Torok ċedew u żarmaw, ħadu kollox lura magħhom. Imma d-dagħa ħallewhulna. Dak għal qalbna wisq! Minn hawn jibda r-rakkont ta’ Xagħret Mewwija, dramm li jeħodna f’ġirja sfrenata biex nassistu għat-tfassil, l-istorja u l-iżvilupp tal-Belt Valletta. Minn Xagħret Mewwija għal Valletta 2018. U dan kollu kif nafuh? Eh, dan kollu qed jirrakkontahulna Dragut. Mela x’inhu! Dragut miet f’pajjiżna imma ruħu baqgħet imjassra magħna. Baqa’ kkatinat ma’ din ix-xiber art, u għalhekk ra kollox u jaf kollox. Ra lill-Maltin jagħmlu l-konfoffa kotra l-Franċiżi … Ra lill-Ingliżi u lill-baħrin jitbaħartu Strada Stretta … miskin min jaf kemm xtaq li ma kienx fantażma … ra t-Teatru Rjal jinħaraq, jiġġarraf bil-gwerra … u rah jerġa’ jsir teatru bla saqaf. Insomma, dan ix-xogħol teatrali jżewweġ il-miti mal-fatti storiċi, u kollox b’doża qawwija ta’ satira u umoriżmu.
Creative Team
Trevor Zahra (kittieb u disinn tal-kostumi); Joseph Galea u Carlos Farrugia (produzzjoni u direzzjoni); Carlos Farrugia, Charles Sammut, Joe Pace, Joseph Galea, Maria Farrugia, Rachel Micallef (atturi); Adrian Bartolo (disinn tad-dawl); Ryan Galea (fotografija u disinn ghal-pubblicita).

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
75 min
Ċert
12
Lingwa
Malti