Archives: Events

Songcraft 2020

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

It-Tieni edizzjoni ta’ Songcraft - Programm ta’ taħriġ għal kantawturi żgħażagħ - ġie midi. Aġenzija Żgħażagħ u Spazju Kreattiv għaqqdu l-forzi sabiex jipprovdu programm għal sitt kantawturi żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-20 sena.

Bil-Bieb Mitbuq (No Exit)

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Bil-Bieb Mitbuq huwa proġett teatrali b’viżjoni kontemporanja. Imsejsa fuq it-traduzzjoni Maltija ta’ Kevin Saliba tad-dramm Huis Clos ta’ Jean-Paul Sartre – u bid-direzzjoni ta’ Tyrone Grima – din il-produzzjoni tlaqqa’ flimkien it-traduzzjoni letterarja, it-teatru, iż-żfin u l-ħoss.

Songcraft 2020
Showcase

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

The second Songcraft showcase concert will be happening on the 18th of September 2020 at Spazju Kreattiv’s Theatre.

Recurring

Kids Dig Science at Science in the City

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Science in the City huwa onorat li jippreżenta din ix-xow straodinarja dwar in-nisa fi STEM (Sciene, Technology, Engineering and Maths).

Hybrid Circuits
EMM’s Festival Opening

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Fis-17 t’Ottubru, il-festival ser jibda b’workshop live, li ser jiġi streamed onlajn wkoll.  Dan il-workshop ser jingħata minn Tom Ammermann dwar “A Journey into Spatial Sound”. 

Circuits
EMM’s Annual Festival Final Day

Mike Desira flimkien ma Frank Cachia jippreżentaw ‘Storbju’ liema jikkonsisti f’apparat li jagħmel ħsejjes elettroniċi DIY u li dalwaqt ser ikun disponibbli fuq is-sit elettroniku ta’ EMM flimkien ma’ struzzjonijiet kif għandu jinbena. 

Met Opera Encores: Rigoletto

Il-produzzjoni akklamata ta’ Michael Mayer tambjenta il-biċċa xogħol ta’ Verdi f’Las Vegas fl-1960 – dinja mixgħula mid-dawl artifiċjali mmexxija mill-flus u minn nies bla ħniena u b’ħafna poter.

Recurring

ŻfinMade

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

ŻfinMade hija inizjattiva ġdida ta’ ŻfinMalta, liema waħda tistieden sitt koreografi emerġenti Maltin, sabiex kull wieħed joħloq xogħol solist ġdid flimkien ma’ wieħed miż-żeffiena tal-kumpanija.

Brikkuni: Il-Ħajja, Il-Mewt, In-Nisa – It-Tnedija (On Demand)

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Brikkuni reġgħu magħna! Wara l-kunċerti SOLD OUT wara t-tnedija tal-aħħar album tagħhom, ninstabu kuntenti nħabbru li l-ispettaklu live tagħhom se jkun disponibbli għal weekend ieħor on demand!

Open Studio Sharing: Opening Doors Association

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Opening Doors Association, organizzazzjoni volontarja li tistinka biex toffri opportunitajiet fis-settur artistiku u kreattiv lil adulti b'diżabilitajiet intellettwali, tippreżenta ‘Open Studio’ fejn l-artisti tagħha juru x-xogħolijiet artistiċi fiż-żfin, teatru u mużika li qedin jippreparaw, f'avveniment li huwa b’xejn u miftuħ għall-pubbliku.

Recurring

Storjakanta tal-Milied

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

STORJAKANTA jisponta mill-kunċett tas-serata mużiko-letterarja tradizzjonali, iżda jgħawwiġha, jdawwarha u jlewwinha b’tali mod illi kważi kważi lanqas tibqa’ tingħaraf.

Recurring

Il-Ħajja, Il-Mewt, In-Nisa – It-Tnedija

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Wara li kellhom iħassru l-kunċert ta’ debutt tar-raba’ album tagħhom ‘Il-Ħajja, il-Mewt, In-Nisa’, li kien tant u tant mistenni, sa fl-aħħar 'Brikkuni’ ser ikunu jistgħu jagħtu prestazzjoni mill-aqwa ta’ dawn id-diski għall-ewwel darba, b’mod esklussiv lill-udjenza limitata fuq medda ta’ tlett kunċerti intimi li ser jittellgħu fi Spazju Kreattiv.

Recurring

The Busker – In Transition (Live)

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Ghal-ewwel darba il-grupp The Busker ha jkun qed itella kuncert bhala trio fejn ser ikunu qed jikolleboraw ma artisti ohra bi prezentazzjoni tal-ahhar EP taghhom 'X'.

Recurring

JOON Live

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Joon huwa proġett elettroniku solo mill-produttriċi Maltija Yasmin Kuymizakis.

Recurring

MalTease

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Wara s-suċċess ta’ edizzjonijiet preċedenti, inwasslulkom MalTease, proġett ta’ Varjetà u Burlesque ispirat mill-atmosfera tbaqbaq tal-arterja ewlenija tad-divertiment tal-Belt Valletta: Strada Stretta.