Archives: Events

ABOUT ORDER

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Il-wirja ABOUT ORDER (Dwar l-Ordni) mill-artisti Sandra Contreras, Anette Kuhn, Sabine Linse, Mariel Poppe, Héctor Velázquez u María Tello tadotta frammenti tal-istorja kulturali Maltija u d-dinamika tagħhom.

Marsa Junction Project Public Art Exhibition

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

In collaboration with Infrastructure Malta, Spazju Kreattiv will be displaying the winning models for the open call for public art to embellish the Marsa Junction Project. This is an opportunity to observe these monuments before they come to life and become a public art fixture.

Faith.

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Faith. (il-Fidi) – kunċett ferm akbar minn kemm tista’ tissuġġerixxi dik il-kelma ċkejkna nfisha. Għall-individwu pereżempju, jista' jindika s-sistema ta’ twemmin tiegħu, li wiret jew kiseb b’xi mod ieħor.

Mil-Lenti tal-Poplu: Djarju Kwarantina

Waħda mill-ewwel industriji li kellha impatt f’daqqa u sostanzjali mill-pandemija tal-COVID-19 kienet bla dubju dik tal-arti u s-settur kreattiv. Minħabba l-kriżi globali tas-saħħa, sa nofs Marzu 2020, il-biċċa l-kbira tal-istituzzjonijiet kulturali madwar id-dinja ngħalqu b’mod indefinit.

Dehumaneation

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Nesploraw l-ispazju bejn id-deżumanizzazzjoni, l-umiljazzjoni u n-nazzjon permezz ta’ perspettiva ġeopolitika u storika.

{v}

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Il-pittura “L-Oriġini tad-Dinja” ta’ Gustav Courbet, x’aktarx li hija waħda mill-aktar xogħlijiet storiċi magħrufin.

Carnival Costumes Exhibition

Atrium / Atrium Approach / Upper Atrium

Esebizzjoni tal-Kostumi tal-Kompetizzjoni tal-Karnival 2021 minn Festivals Malta li tikkonsisti f' Kostumi tal-Karnival elaborati mill-parteċipanti li normalment jieħdu sehem fil-Kompetizzjoni tal-Kostumi tal-Karnival.

Variable Depth, Shallow Water

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Izabela Pluta hija artista mwielda fil-Polonja u bbażata fl-Awstralja, li tuża l-fotografija biex tinterpreta u tagħti kunċett ġdid lir-rwol li għandhom l-immaġni llum.

SURA

Spazji Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Sura hija kollezzjoni ta’ pupi maħdumin bl-idejn bl-ilħna u l-istejjer tagħhom. Kull pupa hija attentat biex nifhmu il-għaliex il-bniedem iħoss il-bżonn li joħloq oġġett fix-xbieha tiegħu.

Nothing Really Matters

Spazji Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Nothing Really Matters hija wirja ta’ pitturi mnebbħa minn għadd ta’ mistoqsijiet li, tul dawn l-aħħar snin, tnisslu fil-ħsibijiet tal-artista Debbie Caruana Dingli, u li huma ndirizzati lill-ommijiet “fittizji”, ommijiiet li ċċaħħdu minn uliedhom minħabba xi reat kriminali jew ieħor li kienu wettqu.

Twilight Zone – Between Analogue and Digital Media

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Malta hija post fejn baqgħet tgħix it-tradizzjoni tal-logħob tan-nar. Dan narawh bħala mod kif nieħdu pjaċir billi nikkomunikaw mal-enerġija u l-ħeġġa tad-dawl.

Ennead
MFA in Digital Arts Exhibition 2021

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Il-Wirja tal-Gradwazzjoni se turi l-proġetti finali tal-koorti tal-istudenti wara l-programm tal-grad tal-MFA fl-Arti Diġitali organizzat mid-Dipartiment tal-Arti Diġitali fl-Università ta’ Malta. Bħala wirja ta’ gradwazzjoni, ix-xogħol jirrappreżenta l-qofol ta’ riċerka diretta prattika.

Recurring

Exhibition on Screen: Frida Kahlo

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

L-istil leġġendarju ta’ Frida Kahlo, l-ġibda għall-ħajja, l-irġiel, in-nisa, il-politika u l-wirt Messikan sawwru ikona femminista minn fuq s’isfel u muża in termini ta’ stil għall-ġenerazzjonijiet sħaħ. Iżda x’nafu dwarha bħala artista?

Conditioned Comforts

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

L-ewwel wirja ta' Emma Fsadni fuq skala kbira turi l-iżvilupp fit-tħassib tagħha dwar l-istat tal-ġenerazzjoni tagħha, imgeżwer kif inhu, fl-għodda ta’ serħan il-moħħ tal-wieħed u għoxrin seklu.