Spazju Kreattiv – Fondazzjoni Kreattività, St James Cavalier, Valletta

NT Encore: A Midsummer Night’s Dream

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Re u Reġina ninfi tal-foresta li jinsabu miġġildin jiltaqgħu ma’ erba’ maħbubin maħruba u truppa atturi li qed jippruvaw jipprattikaw biex itellgħu dramm.

The Great Composers: In Search of Mozart

In Search of Mozart kien prodott flimkien mal-aqwa orkestri u mużiċisti u jiġi rrakkontat fi vjaġġ ta’ 25,000 mil tul ir-rotta li għamel Mozart f’ħajjtu.

National Theatre Encore: Frankenstein (Benedict Cumberbatch as The Creature)

Miġbuda direttament fl-2011 mill-palk tat-Teatru Nazzjonali ta’ Londra, din il-produzzjoni eċitanti u li l-biljetti għaliha nbiegħu kollha tant lisaret is-suġġett ta’ sensazzjoni internazzjonali, ġiet esperjenzata minn nofs miljun ruħ minn madwar id-dinja ġewwa ċinemas differenti.

The Great Composers: In Search of Chopin

Il-qabar ta’ Chopin f’Pariġi huwa xi ftit jew wisq post ta’ pellegrinaġġ u l-mużika tiegħu tibqa’ tidwi fis-swali tal-mużika fid-dinja kollha – iżda min kien eżatt dan l-individwu li saħħar warajh il-pubbliku u li ħarab minn art twelidu?

National Theatre Encore: All My Sons

L-Amerka tal-1947. Minkejja l-għażliet diffiċli u l-ħafna disfatti li taf iġġib magħha l-ħajja, Joe u Kate Keller huma storja ta’ suċċess. Huma bnew dar, rabbew żewġ subien u rnexxielhom jistabbilixxu wkoll negozju li kulma jmur dejjem sejjer tajjeb.

The Great Composers: In Search of Haydn

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Ir-rakkont bijografiku ta’ Phil Grabsky fuq il-ħajja ta’ Haydn huwa stravaganza viżwali u fonetika li fiha hemm inklużi wirjiet minn uħud mill-iktar mużiċisti ċċelebrati fid-dinja.

The Great Composers: Concerto – A Beethoven Journey

Ingħaqad magħna sabiex niċċelebraw erba’ mill-aqwa kompożituri (Beethoven, Mozart, Chopin u Haydn) għat-tnedija mill-ġdid ta’ din is-serje akklamata b’diversi premjijiet bit-titlu ‘The Great Composers’ b’avveniment speċjali ċinematografiku sabiex jimmarka l-għeluq iż-żmien tagħhom.

Exhibition on Screen – Cézanne Portraits of a Life

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Exhibition on Screen huma ħerqana li jerġgħu jxandru wieħed mill-aktar films popolari u ta’ suċċess tagħhom, fejn nidħlu fl-esplorazzjoni unika u affaxxinanti tal-ħajja u taż-żminijiet ta’ Paul Cézanne.

Elektronika Session 3: Promotion

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Elektronika huwa proġett ġdid li għandu l-għan li jiżviluppa storiografija tal-mużika elettronika f'Malta.

IKKREA

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Il-viżjoni strateġika l-ġdida ta' Spazju Kreattiv hija bbażata fuq it-tliet pilastri ta' Eċċellenza Artistika,  il-Ħidma mal-Komunità u Internazzjonalizzazzjoni. L-programm annwali tagħna jara li jirrifletti dawn il-pilastri permezz tal-proġetti. 

Train the Trainer – Inclusive Practice in Performing Arts

Train the Trainer, li hija opportunità ta’ taħriġ ipprovduta minn Opening Doors Association, organizazzjoni li tipprovdi żvilupp professjonali lil prattikanti u artisti li jaħdmu fis-settur tad-diżabilità u l-arti performattiva.

€10
Recurring

il-Klus ta’ Clews

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Il-Klus ta' Clews is a special variety show celebrating the works of one of Malta’s most renowned comics, Charles Clews.

€10

Dance Festival Malta

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Dance Festival Malta (DFM) oriġina bħala inizjattiva privata minn tlett prattikanti taż-żfin li xtaqu joħolqu pjattaforma taż-żfin annwali mmirata lejn il-ħolqien ta' opportunitajiet għal artisti lokali u internazzjonali biex juru ix-xogħol tagħhom u jesponu lill-udjenzi lokali għal xogħlijiet taż-żfin oriġinali.

€10