National Theatre ENCORE – King Lear
- This event has passed.
National Theatre ENCORE – King Lear
7 Ottubru 2018 - 15 Novembru 2018
Dati u Ħinijiet:
Il -Ħadd, 7 ta’ Ottubru 2018, 6pm (Encore)
Il-Ħamis, 15 ta’ Novembru 2018, 7:30pm (Encore)
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz:
Adulti: €12
Konċessjonijiet (Studenti u anzjani): €10
Kun af li dan jinvolvi filmati b’mumenti ta’ dawl qawwi u li jleħħ (strobe lighting).
F’xandira diretta mill-WestEnd ta’ Londra, segwi ‘rappreżentazzjoni kommoventi u straordinarja’ ta’ King Lear minn Ian McKellen ġewwa ċ-ċinema.
Din il-produzzjoni ta’ Chichester Festival Theatre rċeviet riċensjonijiet ta’ 5 stilel għal preżentazzjonijiet li nbiegħu kollha fi ftit ħin, u għal staġun limitat ittrasferixxiet ruħha għall-West End. Jonathan Munby huwa d-direttur ta’ dan ix-xogħol kontemporanju li b’‘qawwa u espressjoni’ (The Times)jirrakkonta mill-ġdid id-dramm teneru, vjolenti, kommoventi u xokkanti ta’ Shakespeare.
Ikkunsidrata minn ħafna bħala l-ikbar traġedja qatt miktuba, King Lear jara żewġ missirijiet qed jixjieħu – wieħed re u l-ieħor il-kortiġjan tiegħu – jirriġettaw lit-tfal li tassew iħobbuhom. L-għama tagħhom tikxef baraxx ta’ ambizzjoni ħarxa u qerq, hekk kif il-familja u l-istat jispiċċaw involuti fi ġlieda vjolenti għall-poter bi tmiem mill-iktar qares.
With the participation of
Ian McKellen (Lear), Sinéad Cusack (Kent), Danny Webb (Gloucester), Kirsty Bushell (Regan)
Creative Team
Jonathan Munby (Direzzjoni)
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)