Alice in Absentia
- This event has passed.
Alice in Absentia
13 Diċembru 2015 @ 8:00 pm - 9:10 pm
Ħrafa – Stejjer – Stagħġib il-għajn u l-widna
Dati u Ħinijiet Il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru 2015, 8.00PM Is-Sibt 12 ta’ Diċembru 2015, 8.00PM Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015, 8.00PM
Post: Teatru (Kavallier ta’ San Ġakbu)
“Isma’, isma’ li qed ngħhidlek, kaxkar is-siġġu qrib tat-tarf tal-ħofra u żomm sew, ħa nirrakkuntalek storja. Storja dwar raġel, tifla jisimha Alice, fenek magħruf bħala l-White Rabbit, reġina kattiva – il-Queen of Hearts, Mock Turtle u tarbija li ssir ħanżir. Jekk ha tiġi miegħi, pero, oqgħod attent għax din l-art li ser immorru fiha taf tqarraq bik. Hawn, it-toroq kapaċi ma jwasslu mkien u l-vjaġġ huwa mimli misteri. Biss jekk iddum hawn biżżejjed, jaf issib dawk iċ-ċwievet żgħar tad-deheb li jwasslu għal meded ta’ fjuri jlelxu bil-kulur fl-isbaħ ġnien li qatt rajt.”Alice in Absentia hija storja dwar l-iskoperti li tagħmel tul ħajtek, b’kull pass li tagħmel lejn l-esplorazzjoni tiegħek innifsek. Hija storja dwar il-mogħdija taż-żmien u dwar it-tibdiliet li din iġġibilna f’ħajjitna. F’din l-adattazzjoni tal-istorja Alice’s Adventures in Wonderland, il-produzzjoni tesplora r-relazzjoni ta’ bejn il-kittieb, Lewis Carroll, u t-tifla żgħira li spiratu, Alice Liddell, matul vjaġġ mimli stagħġib, mistħija, dispjaċir u passjoni. L-istorja hija bbażata fuq test oriġinali kkurat minn Giuliana Fenech miżgħuda b’mużika oriġinali miktuba u ppreżentata minn Renzo Spiteri, biex toħloq esperjenza li tieħu minn stil ta’ rakkonti tradizzjonali kif ukoll dawk mill-era diġitali. Alice in Absentia qed tiġi ppreżentata minn Open Works Lab u bl-għajnuna tal-Malta Arts Fund. Ħajr għar-ritratt: Lisa Falzon
Creative Team
Giuliana Fenech (kuratur tas-silta), Renzo Spiteri (kompożitur), Gaby Giacchino
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)