Alice in Absentia

Loading Events
  • This event has passed.

Alice in Absentia

11 Diċembru 2015 @ 8:00 pm - 9:10 pm

Ħrafa – Stejjer – Stagħġib il-għajn u l-widna

Dati u Ħinijiet: Il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru 2015, 8.00PM Is-Sibt 12 ta’ Diċembru 2015, 8.00PM Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru, 8.00PM

Post: Teatru (Kavallier ta’ San Ġakbu)
“Isma’, isma’ li qed ngħhidlek, kaxkar is-siġġu qrib tat-tarf tal-ħofra u żomm sew, ħa nirrakkuntalek storja. Storja dwar raġel, tifla jisimha Alice, fenek magħruf bħala l-White Rabbit, reġina kattiva – il-Queen of Hearts, Mock Turtle u tarbija li ssir ħanżir. Jekk ha tiġi miegħi, pero, oqgħod attent għax din l-art li ser immorru fiha taf tqarraq bik. Hawn, it-toroq kapaċi ma jwasslu mkien u l-vjaġġ huwa mimli misteri. Biss jekk iddum hawn biżżejjed, jaf issib dawk iċ-ċwievet żgħar tad-deheb li jwasslu għal meded ta’ fjuri jlelxu bil-kulur fl-isbaħ ġnien li qatt rajt.”
Alice in Absentia hija storja dwar l-iskoperti li tagħmel tul ħajtek, b’kull pass li tagħmel lejn l-esplorazzjoni tiegħek innifsek. Hija storja dwar il-mogħdija taż-żmien u dwar it-tibdiliet li din iġġibilna f’ħajjitna. F’din l-adattazzjoni tal-istorja Alice’s Adventures in Wonderland, il-produzzjoni tesplora r-relazzjoni ta’ bejn il-kittieb, Lewis Carroll, u t-tifla żgħira li spiratu, Alice Liddell,  matul vjaġġ mimli stagħġib, mistħija, dispjaċir u passjoni. L-istorja hija bbażata fuq test oriġinali kkurat minn Giuliana Fenech miżgħuda b’mużika oriġinali miktuba u ppreżentata minn Renzo Spiteri, biex toħloq esperjenza li tieħu minn stil ta’ rakkonti tradizzjonali kif ukoll dawk mill-era diġitali.   Alice in Absentia qed tiġi ppreżentata minn Open Works Lab u bl-għajnuna tal-Malta Arts Fund. Ħajr għar-ritratt: Lisa Falzon
Creative Team
Giuliana Fenech (kuratur tas-silta), Renzo Spiteri (kompożitur), Gaby Giacchino

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
70 min
Ċert
8 +
Lingwa
Ingliż