Loading Events
  • This event has passed.

Bil-Bieb Mitbuq (No Exit)

1 Ġunju 2020
Proġett parti mill-istaġun artistiku 2020-2021 Post: It-Teatru ta’ Spazju Kreattiv Bil-Bieb Mitbuq huwa proġett teatrali b’viżjoni kontemporanja. Imsejsa fuq it-traduzzjoni Maltija ta’ Kevin Saliba tad-dramm Huis clos ta’ Jean-Paul Sartre – u bid-direzzjoni ta’ Tyrone Grima – din il-produzzjoni tlaqqa’ flimkien it-traduzzjoni letterarja, it-teatru, iż-żfin u l-ħoss. Bħala xogħol ewlieni tal-eżistenzjaliżmu Franċiż, id-dramm jittratta bosta aspetti sikkanti tal-kundizzjoni umana: il-prezz tal-libertà, it-tbatija, il-kuraġġ u d-dgħufija, l-awtentiċità, il-konsegwenzi tal-għażliet tagħna, ir-responsabbiltà, l-uġigħ li ninfliġġu fuq xulxin, il-qerq u l-gideb, il-kefrija, is-setgħa tal-ħars, il-maskri li nilbsu kuljum, il-problematika tal-jien u tal-eżistenza tal-oħrajn, l-impossibbiltà tal-imħabba, l-iżolament. Din il-produzzjoni interkulturali ta’ Saliba ser tfittex li tiddrammatizza l-infern skont Sartre b’għadd ta’ elementi drammatiċi innovattivi, fosthom permezz ta’ żfin stil teatru-danza minn koreografi minn Malta, mil-Lussemburgu u mill-Ġappun. Kollox jiżvolġi fl-infern bejn tliet karattri, iżda Saliba u Grima din id-darba jridu jżidu r-raba’ persunaġġ – lilek.   Bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti  – Fond Malti għall-Arti – Grant għal Sostenn ta’ Proġetti (Ritratt: Steven Levi Vella)
Creative Team
Dorian Mallia, Jill Crovisier, Yuko Kominami (Choreographers) Andre Mangion, Antonella Axisa, Sarah Camilleri, Sean Briffa (Performers) Tyrone Grima (Director) & Kevin Saliba (Producer & Translator)

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a