Loading Events
  • This event has passed.

Bolshoi Live: Carmen Suite / Petrushka 2018/2019 Programme

19 Mejju 2019 @ 5:00 pm - 7:20 pm
Dati u Ħinijiet: Il-Ħadd, id-19 ta’ Mejju, 2019 fil-5:00PM Post: Ċinema (Kavallier ta’ San Ġakbu) Prezz: €18 (adulti), €5 (tfal taħt tnax il-sena) Biljett għall-istaġun sħiħ għal LIVE biss: rata ta’ skont ta’ €50 minflok €72 Carmen: Carmen, ta’ impulsiva li hi, tisseduċi lil Don Josésabiex tikkonvinċih jeħlisha mill-ħabs. Ġaladarba ssib ruħha ħielsa, hija taħseb li hija tassew libera, iżda eventwalment tirrealizza li fuq kollox hija priġuniera ta’ triangolu ta’ mħabba; hi tixtieq tkun mal-famuż Torero Escamillo, iżda ma tistax taħseb f’mod kif tista’ teħles minn Don José. Petrushka: Matul il-karnival ta’ San Pitruburgu, tliet pupazzi qegħdin jinterpretaw l-istess irwol darba wara l-oħra; il-maħbub mhux kuntent Petrushka, dik li tħobb l-attenzjoni tal-irġiel, u Musulman. Imxebba’ b’din il-parti li donnha ma tafx tmiem u li qatt ma ġġiblu xorti, Petrushka jattakka lir-rival tiegħu u jaħrab mit-teatru tal-pupazzi. Carmen hija appassjonata u bi spirtu liberu bħal dejjem, hekk kif hi ssib lilha nfisha maqbuda fi triangolu ta’ mħabba. Il-ballet mimli passjoni f’att wieħed tal-koreografu Kuban Alberto Alonso, u li oriġinarjament inħoloq għall-ballerina prima tal-Bolshoi Maya Plisetskaya, mistenni jsaħħar lill-udjenzi flimkien ma’ Petrushka, kreazzjoni ġdida għall-Bolshoi mill-koreografu kontemporanju Edward Clug, f’lejla li se tkun qed tiġbor fi ħdanha l-vera ruħ tal-Ballet Russu. Minħabba n-natura ‘live’ ta’ din il-performance, it-tul tal-avveniment jista’ jvarja xi ftit.
With the participation of
The Bolshoi Principals, Soloists and Corps de Ballet
Creative Team
Georges Bizet, Rodion Shchedrin u Igor Stravinsky (musika); Alberto Alonso u Edward Clug (koreografija); Alberto Alonso fuq il-passi ta' Prosper Mérimée (għal Carmen)

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
140 mins
Ċert
n/a
Lingwa
n/a