Loading Events
  • This event has passed.

Bolshoi Encore: Romeo and Juliet 2019/2020 Programme

29 Marzu 2020
Data u Ħin: Il-Ħadd, 29 ta’ Marzu, 2019, 4pm Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Fid-dawl tal-iktar żviluppi riċenti, ġie deċiż li il-wiri ta’ Bolshoi Encore: Romeo and Juliet  jiġi kkanċellat. Dan qed isir sabiex nieħdu ħsieb is-saħħa tal-istaff u l-viżitaturi tagħna li hija l-ewwel prijorità tagħna.  Romeo u Ġuljetta iħobbu lil xulxin profondament, minkejja l-fatt li l-familji tagħhom huma għedewwa kbar. Meta r-rivalità bejn il-Kapuletti u l-Montagues twassal għall-mewt ta’ Mercutio, Romeo jrid jivvendika l-qtil tal-ħabib tiegħu …  Il-ballet Id-destin traġiku tal-aktar maħbubin famużi fl-istorja tal-letteratura Ingliża kien il-punt tat-tluq għall-kolonna sonora straordinarja ta’ Prokofiev – mit-tema delikata ta’ Ġuljetta sal-mużika tal-waħx li nsibu f’ “Dance of the Knights”. Iż-żeffiena eċċellenti tal-Bolshoi Ekaterina Krysanova u Vladislav Lantratov jinterpretaw il-partijiet tal-maħbubin f’din il-produzzjoni immexxija minn Alexei Ratmansky. Mużika ta’: Sergei Prokofiev Koreografija ta’: Alexei Ratmansky Libretto ta’: Sergei Prokofiev, Sergei Radlov and Adrian Piotrovsky (minn William Shakespeare) Bil-parteċipazzjoni ta’: Ekaterina Krysanova (Juliet), Vladislav Lantratov (Romeo), Igor Tsvirko (Mercutio), Dmitry Dorokhov (Benvolio), Vitaly Biktimirov (Tybalt), u l-Corps de Ballet Prezz: Adulti: €15 Konċessjonijiet (studenti u anzjani): €12 Konċessjonijiet (tfal taħt 12-il sena):  €5 Biljett għal Staġun Live: €50 (prezz ridott, minflok €72) – tkopri l-ewwel screenings kif ukoll dawk Live biss.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
185 minuta
Ċert
n/a
Lingwa
n/a