Loading Events
  • This event has passed.

Bolshoi Live: Jewels 2019/2020 Programme

5 April 2020
Data u Ħin: Il-Ħadd, 19 t’April , 2020, 5pm Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Fid-dawl tal-iktar żviluppi riċenti, ġie deċiż li il-wiri ta’ Bolshoi Live: Jewels jiġi kkanċellat. Dan qed isir sabiex nieħdu ħsieb is-saħħa tal-istaff u l-viżitaturi tagħna li hija l-ewwel prijorità tagħna.  Balanchine ħoloq dan ix-xogħol wara li żar il-ġojjellier famuż Van Cleef & Arpels fuq Fifth Avenue, f’New York. F’dan il-ballet li jiċċelebra skejjel taż-żfin f’Pariġi, New York u San Pietruburgu, l-elementi kollha huma marbuta ma’ ħaġar prezzjuż: l-iżmerald, ir-rubin u d-djamant. Il-ballet F’dan il-ballet, Balanchine jagħti rikonoxximent lit-tliet skejjel taż-żfin li fasslu l-istil tiegħu, li huma kollha kemm huma marbuta ma’ ħaġar prezzjuż. Permezz ta’ din il-produzzjoni ta’ Jewels li tgħaqqad flimkien grupp ta’ żeffiena eċċellenti, l-udjenza tista’ tapprezza l-ġenju ta’ dan il-koreografu tant magħruf għall-istil viswali mpressjonanti tiegħu. Mużika ta’: Gabriel Fauré, Igor Stravinsky, Pyotr Ilyich Tchaikovsky Koreografija ta’: George Balanchine Bil-parteċipazzjoni: tal-Prinċipali, is-Solisti u l-Corps de Ballet tal-Bolshoi Prezz: Adulti: €18 Konċessjonijiet (studenti u anzjani): €15 Konċessjonijiet (tfal taħt 12-il sena):  €5 Biljett għal Staġun Live: €50 (prezz ridott, minflok €72) – tkopri l-ewwel screenings kif ukoll dawk Live.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
165 minuta
Ċert
n/a
Lingwa
n/a