Loading Events
  • This event has passed.

ĊineXjenza: Manchester by the Sea

17 Novembru 2020 @ 7:00 pm - 10:00 pm

Wara l-attakk tal-qalb li soffra ħuh, il-purtinar Lee Chandler (Casey Affleck) jispicca jieħu l-kustodja tan-neputi tiegħu Patrick (Lucas Hedges).

Kontra qalbu, il-protagonist huwa sfurzat imur lura lejn raħal twelidu – Manchester – sabiex jidfen lil ħuh u jiehu ħsieb lin-neputi. Il-post jispicca jqanqanlu memorji kemm ħelwin u kemm koroh ta’ meta kien għadu jgħix ma’ martu. Matul il-film, naraw kuntrast qawwi bejn xena u oħra, u sadanittant, bejn is-sentimenti tal-karattri stess. Is-sentiment tal-uġiegħ li jħossu l-karattri huwa l-iktar wieħed prominenti.

Wara li jintwera l-film, Matthew Paris ħa jkun qed imexxi d-diskussjoni, filwaqt illi xi tnaqqir u inbid ħa jkunu provduti b’xejn.

ĊineXjenza huwa ssapportjat mill-proġett Tiskopri u kkordinat minn S-Cubed u Malta Chamber of Scientists f’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv.

Prenotazzjonijiet meħtieġa.

TIM KREATTIV
Raisa Grech (event manager), Edward Duca (science communications consultant), S-Cubed (assistants), Belle de Jong and Bethany Wootton (assistants), and Daniela Ghirxi (poster design).

Data u ħin: it-Tlieta, 17 ta’ Novembru 2020, 7:00pm

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
BLA ĦLAS
Konċessjonijiet
BLA ĦLAS
Tfal
BLA ĦLAS
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)
Jekk jogħġbok, kun prudenti u tibbbukkjax biljetti jekk m'intix ċert li ser tattendi. Jekk ibbukjajt u m'għadekx tista' tattendi ġentilment nitolbuk iċċempel il-box office fuq 2122 3200 biex tikkanċella l-booking tiegħek.

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
2h 17m
Ċert
18
Lingwa
Ingliż