Hybrid Circuits
EMM’s Festival Opening

Loading Events
  • This event has passed.

Hybrid Circuits
EMM’s Festival Opening

17 Ottubru 2020 @ 12:00 pm - 6:00 pm
Electronic Music Malta (EMM) jippreżenta l-festival annwali ta’ mużika elettronika Circuits bi prestazzjonijiet streaming u live minn diversi artisti Maltin, kif ukoll serje ta’ workshops interessanti.  Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-festival ser jieħu forma ibrida, u ser jittella’ bejn is-17 t’Ottubru u nofs Novembru 2020 kemm onlajn kif ukoll live.

Fis-17 t’Ottubru, il-festival ser jibda b’workshop live, li ser jiġi streamed onlajn wkoll.  Dan il-workshop ser jingħata minn Tom Ammermann dwar “A Journey into Spatial Sound”.  Ammermann, nominat fl-2017 għall-Grammy, huwa pijunier fl-iżvilupp ta’ tekniki ta’ ħoss 3D jew Spazjali, tekniki rivoluzzjonarji li bidlu l-mod kif wieħed jisma il-mużika u l-ħoss.  Dan jista’ jiġi biss muri u esperjenzat live lill-udjenza preżenti – filwaqt li jiġu mobdija r-regolamenti tad-distanza soċjali, b’oppoprtunità għall-mistoqsijiet ukoll.  Il-workshop ser jiġi segwit minn prestazzjoni live minn DJ Giacinte u DJ Tina fuq il-bejt ta’ Spazju Kreattiv.  Bidliet fl-aħħar minuta jistgħu jseħħu minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-pandemija tal-COVID-19.

 

Data u Ħin: Is-Sibt, 17 ta’ Ottubru 2020

 

Zoom link for live streaming: għafas hawn

 

TIM KREATTIV
Edwin Balzan, Luc Houtkamp

KOLLABORATURI
Spazju Kreattiv, Arts Council Malta and the German Maltese Circle

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
Mingħajr ħlas / prenotazzjoni meħtieġa
Konċessjonijiet
Mingħajr ħlas / prenotazzjoni meħtieġa
Tfal
Mingħajr ħlas / prenotazzjoni meħtieġa
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta
Il-Bejt ta' Spazju Kreattiv

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
6 sigħat
Ċert
kull eta'
Lingwa
Ingliż