Circuits
EMM’s Annual Festival Final Day

Loading Events
  • This event has passed.

Circuits
EMM’s Annual Festival Final Day

24 Ottubru 2020 @ 12:00 pm - 6:00 pm
Electronic Music Malta (EMM) jippreżenta l-festival annwali ta’ mużika elettronika Circuits bi prestazzjonijiet streaming u live minn diversi artisti Maltin, kif ukoll serje ta’ workshops interessanti.  Minħabba l-pandemija tal-COVID19, il-festival ser jieħu forma ibrida, u ser jittella’ bejn is-17 t’Ottubru u nofs Novembru 2020 kemm onlajn kif ukoll live.

Mike Desira flimkien ma Frank Cachia jippreżentaw ‘Storbju’ liema jikkonsisti f’apparat li jagħmel ħsejjes elettroniċi DIY u li dalwaqt ser ikun disponibbli fuq is-sit elettroniku ta’ EMM flimkien ma’ struzzjonijiet kif għandu jinbena.  L-ewwel apparat ta’ sintesiżer DIY ‘Storbju’ ġie kkumissjonat mill-Electronic Music Malta (EMM).  Il-preżentazzjoni, li turi kif għandek tibni dan l-apparat mużikali sempliċi, ser tkun streamed onlajn ukoll.  Il-workshop ser jiġi segwit minn żewġ prestazzjonijiet live minn produtturi Hearts Beating in Time u KNTRL.

Data u Ħin: Is-Sibt, 24 ta’ Ottubru 2020

 

Zoom link for live streaming: għafas hawn

 

TIM KREATTIV
Edwin Balzan, Luc Houtkamp

KOLLABORATURI
Spazju Kreattiv, Arts Council Malta and the German Maltese Circle

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
Bla ħlas, prenotazzjoni meħtieġa
Konċessjonijiet
Bla ħlas, prenotazzjoni meħtieġa
Tfal
Bla ħlas, prenotazzjoni meħtieġa
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
6 sigħat
Ċert
Kull eta'
Lingwa
Ingliż