Loading Events
  • This event has passed.

Dehumaneation

15 Jannar 2021 - 28 Frar 2021

Nesploraw l-ispazju bejn id-deżumanizzazzjoni, l-umiljazzjoni u n-nazzjon permezz ta’ perspettiva ġeopolitika u storika.

Dehumaneation hija wirja li tgħaqqad pitturi ta’ Shaun Grech, film, installazzjoni, rakkonti, u dibattitu kritiku biex tesplora dawn il-kunċetti kumplessi. Kurat minn Prof. Raphael Vella u bl-użu tal-inevenzjoni tal-kelma, il-kunċett u l-investigazzjoni Dehumaneation, ngħaqqdu dawn it-tliet kunċetti flimkien (id-deżumanizzazzjoni, l-umiljazzjoni u n-nazzjon) biex nindirizzaw firxa ta’ każijiet u manifestazzjonijiet ta’ dan l-ispazju intersezzjonali. Mingħajr mistħija ta’ xejn, dan il-proġett jiddikkjara ruħu bħala wieħed politiku u għandu l-għan li jiftaħ spazju għal riflessjoni kritika attiva u dibattitu dwar firxa ta’ kwistjonijiet li jniggżu, waqt li jimmaġina siti ta’ reżistenza kritika fl-ispazju artistiku.

Numru limitat ta’ Q&As ma’ Shaun Grech u Raphael Vella ser ikunu organizzati f’Jannar u Frar. Min hu interessat jattendi, jrid jibbukja post billi jimla l-formola t’hawn taħt fid-data preferuta:

Is-Sibt 30 ta’ Jannar fit-8:00pm

L-Erbgħa 17 ta’ Frar fit-8:30pm

Il-Ġimgħa 26 ta’ Frar fis-6:30pm

ARTIST
Shaun Grech

KURATUR
Raphael Vella

KOLLABORATURI
Paul Portelli, Martin Bonnici

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
BLA ĦLAS
Konċessjonijiet
BLA ĦLAS
Tfal
BLA ĦLAS
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta
Space A

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
6 ġimgħat
Ċert
n/a
Lingwa
n/a