Elektronika – It-Tieni Sessjoni: Esplorazzjoni (produzzjonijiet)
- This event has passed.
Elektronika – It-Tieni Sessjoni: Esplorazzjoni (produzzjonijiet)
Elektronika huwa proġett li ġie varat fi Frar li għadda bl-iskop li jiżviluppa storjografija tal-mużika elettronika f’Malta. F’dan is-sajf, dan il-proġett se jidħol f’fażi ġdida permezz ta’ serje ta’ sessjonijiet ta’ stejjer orali fejn se jiġi esplorat l-iżvilupp u l-evoluzzjoni tax-xena tal-mużika elettronika f’Malta.
It-tieni minn dawn is-sessjonijiet bl-isem: ‘It-Tieni Sessjoni: Esplorazzjoni (produzzjonijiet minn DJ’s, produtturi, ‘duos’, gruppi u proġetti) se tikkonsisti f’intervista minn Michael Bugeja lil żewġ ‘duos’ li kienu pijunieri fix-xena ta’ din it-tip ta’ mużika f’Malta: Duo Blank u Spooky Monkey. Wara din is-sessjoni, Duo Blank ħa jdoqqu ‘dj set’ ta’ siegħa. Huma ħa jdoqqu materjal prodott minnhom matul iż-żmienijiet, kif ukoll materjal prodott f’dawn l-aħħar xhur.
Dan il-proġett huwa mmexxi minn Electronic Music Malta flimkien mal-Fondazzjoni M3P u huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti. Elektronika huwa parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv.
Creative Team: | Michael Bugeja / Dr Toni Sant: Research Co-ordination
Edwin Balzan: Project Co-ordinator Duo Blank: Performers |